Spiss iqum l-argument jekk wara li permess jigi revokat ai termini tal-Artikolu 80 mill-Bord tal-Ippjanar, l-istess Bord jistax jiddeciedi li jibghat l-atti lura lid-Direttorat ta’ l-Ippjanar sabiex l-istess applikazzjoni tigi ezaminata w deciza mill-gdid minghajr il-bzonn li ssir applikazzjoni gdida.
Ibda biex, l-Artikolu 80 tal-Kap 552 tal-Ligijiet ta’ Malta jghid hekk:
‘(1) Il-Bord tal-Ippjanar jista’ biss –
(a) fil-każijiet ta’ frodi; jew
(b) meta jkun hemm is-sottomissjoni ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li hija inkorretta jew li ma tirriflettix is-sitwazzjoni fuq is-sit; jew
(c) fejn hemm żball f’dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument; jew
(d) fejn is-sigurtà pubblika hija konċernata, b’deċiżjoni jirrevoka jew jibdel kull permess għall-iżvilupp mogħti taħt dan l-Att, inkluża kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Ippjanar skont xi Ordni, filwaqt li fid-deċiżjoni jagħti r-raġunijiet tiegħu u jrid jindika b’mod ċar il-bażi legali tar-revoka għal dik id-deċiżjoni;
Hekk kif issir talba minn kwalunkwe persuna biex tirrevokajew tibdel permess skont dan l-Att, jew minn jeddu, iċ-Chairperson Eżekuttiv għandu jipprepara r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Bord tal-Ippjanar dwar jekk il-permess għall-iżvilupp għandux jiġi revokatjew mibdul u għandu jistieden kemm lill-applikant u lill-persuna li għamlet it-talba, jekk ikun hemm, biex jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub.
Il-Bord tal-Ippjanar għandu jikkomunika d-data u l-ħin tas-seduta tiegħu lill-applikant u lill-persuna interessata li qed tagħmel t-talba taħt dan l-artikolu, jekk ikun hemm. Waqt is-seduta l-Bord tal-Ippjanar għandu jisma’ wkoll is-sottomissjonijiet ta’ tali applikant, jekk dan tal-aħħar jagħżel li jattendi, is-sottomissjonijiet tal-persuna interessata, jekk ikun hemm, u s-sottomissjonijiet ta’ kwalunkwepersuna oħra:
Iżda ċ-Chairperson Eżekuttiv jista’ fir-rigward ta’ kull permess għall-iżvilupp, inkluż kull awtorizzazzjoni maħruġa taħt xi Ordni wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att, jibda proċeduri sabiex jirrevoka jew jimmodifika dak il-permess għall-iżvilupp, inkluż kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Ippjanar taħt xi Ordni, fi żmien ħames snin mid-data tal-ħruġ tal-permess għall-iżvilupp, inkluż xi awtorizzazzjoni maħruġa taħt xi Ordni.
(2) Għall-fini tas-subartikolu (1):
“frodi” tfisser is-sottomissjoni lill-Bord tal-Ippjanar ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li abbażi tagħha l-Bord tal-Ippjanar ikun approva permess għall-iżvilupp, meta dik l-informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta hija falza;
“informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta inkorretta” tfisser is-sottomissjoni lill-Bord tal-Ippjanar ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li abbażi tagħha l-Bord tal-Ippjanar ikun approva permess għall-iżvilupp, fejn tali informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta ma tirriflettix is-sitwazzjoni fuq is-sit jew hija erronja jew żbaljata;
“żball f’dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument” tfisser żball magħmul mill-Bord tal-Ippjanar huwa u jilħaq deċiżjoni u tali żball jidher mid-dokumenti tal-proċedimenti tiegħu:
Iżda l-Bord tal-Ippjanar m’għandux jirrevoka jew ibiddel permess għall-iżvilupp fuq il-bażi ta’ frodi jew informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta inkorretta jew żball f’dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument, fejn tali ċirkostanza ma kellha l-ebda inċidenza materjali fuq il-ħruġ tal-permess għall-iżvilupp b’tali mod illi kieku l-informazzjoni korretta kienet disponibbli fil-mument tad-deċiżjoni, ir-riżultat ma kienx ikun differenti.
(3) L-applikant, jew il-persuna interessata li qed tagħmel talba taħt dan l-artikolu, jekk iħossu aggravat mid-deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Ippjanar, għandu d-dritt li jappella d-deċiżjoni tal-Bord tal-Ippjanar quddiem it-Tribunal fi żmien tletin ġurnata mid-data tas-seduta meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet.
(4) Ma għandu jintalab l-ebda kumpens mill-Awtorità meta hija taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu (1) fejn ir-raġunigħar-revoka jew għat-tibdil tal-permess għall-iżvilupp tkun ibbażatafuq frodi, informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta inkorretta jew żball, f’dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument jew fuq konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà pubblika.’
Meta wiehed jifli sewwa dawn id-dispozizzjonijiet, dlonk isib li, apparti l-poter tar-revoka, hemm mahsub ukoll il-modifika tal-istess permess. Dan ifisser illi l-istess Bord tal-Ippjanar għandu kjarament il-jedd li jagħmel tibdiliet neċċessarji f’permess mahrug skont il-ħtieġa.
Detto questo, l-argument li l-prerogattiva li l-Bord (wara li permess jigi revokat bl-Artikolu 80) jista’ jordna li l-istess applikazzjoni tista’ tigi ezaminata w deciza mil-gdid minghajr il-bzonn li ssir applikazzjoni gdida titnissel mill-poter li ghandu l-istess Bord sabiex ‘jimmodifika permess’ m’huwiex siewi.
‘Modifika ta’ permess’ implicitament tfisser li l-permess ghadu haj, anke jekk f’sens mibdul, u dan a differenza li jigi revokat. B’hekk, huwa logiku li, fil-mument tar-revoka, l-applikazzjoni ma tigix modifikata izda titregga’ lura status quo ante ghall-mument qabel din tkun giet deciza. Dan ifisser li l-applikazzjoni bilfors trid terga’ tigi ezaminata mill-gdid.
Il-konsegwenza tar-ragunament li applikazzjoni titregga lura ghall-mument ezatt ta’ qabel din giet deciza wara permess revokat isib sostenn fil-logika legali u mhux ghax, bhalma gieli jinghad[1], il-legislatur haseb fil-kliem ‘…b’deċiżjoni …. jibdel kull permess għall-iżvilupp mogħti taħt dan l-Att, inkluża kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Ippjanar skont xi ordni, filwaqt li fid-deċiżjoni jagħti r-raġunijiet tiegħu u jrid jindika b’mod ċar il-bażi legali tar-revoka għal dik id-deċiżjoni’.
Ukoll ma jregix l-argument li applikazzjoni ghandha titregga’ lura ghall-mument ezatt ta’ qabel din giet deciza wara revoka abbazi tal-principju li ‘…in-nullita’ ta’ permess hija sanzjoni estrema li l-ligi tippermetti biss meta jkun hemm nuqqas formali jew sostanzjali li ma jkunx jista` jigi assolutament tollerat bhala hsara ghall-gustizzja procedurali’[2] mibni fuq il-premessa li ‘Il-ligi tal-procedura hija mahsuba biex il-kawzi jimxu b’heffa u efficjenza, ekonomija u harsien tal-jeddijiet tad-difiza u tal-principji tal-gustizzja naturali u m’humiex mahsuba biex joholqu htigijiet purament formali li jservu biss biex jaghtu lil xi wahda mill-partijiet f’kawza mezz biex tehles mill-obbligi taghha jew biex tirbah il-kaz’.[3]
In fin dei conti, meta nigu ghar-revoka ta’ permessi, il-verita’ legali hi li l-applikazzjoni li tkun wasslet ghall-permess revokat ghandha titregga’ lura ghall-mumenti ezatt ta’ qabel inghata dak il-permess revokatin omnibus adiunctis (in all situations) u dan mhux minhabba l-ligi kif inhi miktuba izda ghaliex, min-natura taghha, revoka toqtol il-permess u mhux l-applikazzjoni li tkun wasslet ghal dik id-decizjoni.
S’intendi, hawn minix nalludi li kwalunkwe ‘zball’ mehud fil-process ta’ l-applikazzjoni bilfors jista’ jigi rettifikat ghaliex darba l-applikazzjoni titregga’ lura fil-mument ezatt ta’ qabel din giet deciza (u mhux, gratia argumenti, fil-bidu nett tal-process) wiehed irid isegwi d-dettami procedurali ritenuti fl-Avviz Legali 162/16, partikularment ir-Regolament 5 u 12 ta’ l-imsemmi Avviz Legali 162/16. Dawn jghidu hekk:
‘5. (1) Tibdil fit-talba għal screening jew fl-applikazzjoni, disinji jew dokumenti jista’ jsir mill-applikant:
fiż-żmien bejn l-ittra ta’ screening u d-data tal-validazzjoni tal-applikazzjoni jew bejn id-data tal-preżentata tal-applikazzjoni għall-iżvilupp u d-data tal-validazzjoni:
Iżda fil-każ li kwalunkwe tibdiliet jikkostitwixxu tibdil materjali li jeħtieġu bidla fit-taxxa tal-bini u, jew kwalunkwe ħlasijiet addizzjonali, taxxa tal-bini bħal din u ħlasijiet addizzjonali għandhom jitħallsu skont id-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti dwar ħlasijiet fiż-żmien speċifikat miċ-Chairperson Eżekuttiv:
Iżda wkoll meta talba għall-iscreening ssir skont ir-regolament 3(1), l-applikazzjoni għandha tkompli tiġi pproċessata mingħajr il-ħruġ ta’ ittra oħra ta’ screening sakemm il-bidliet fl-applikazzjoni, disinji u dokumenti ma jeħtieġux aktar studji u, jew ma jqanqlux kwistjonijiet ġodda;
(b) wara d-data tal-validazzjoni u matul l-ipproċessar tal-applikazzjoni, iżda qabel l-iffinalizzar tar-rapport, u sakemm it-tibdiliet jikkostitwixxu talba għal emendi żgħar kif indikat fir-regolament 15 u b’dana illi jekk tkun saret talba skont ir-regolament 12(1) din tkun ġiet sodisfatta.
(2) Bidliet fl-applikazzjoni, disinji jew dokumenti li ma jkunux jikkostitwixxu tibdil materjali jistgħu jsiru mill-applikant fuq talba taċ-Chairperson Eżekuttiv f’kull żmien matul l-ipproċessar tal-applikazzjoni u fiż-żminijiet mogħtija miċ-Chairperson Eżekuttiv.
(3) Bidliet fl-applikazzjoni, disinji jew dokumenti li jikkostitwixxu tibdil materjali jistgħu jsiru mill-applikant fuq talba taċ-Chairperson Eżekuttiv f’kull żmien matul l-ipproċessar tal-applikazzjoni u fiż-żminijiet mogħtija miċ-Chairperson Eżekuttiv:
Iżda meta l-applikant jaqbel ma’ dak it-tibdil materjali li jkun jinvolvi ħlasjiet addizzjonali, tali ħlasijiet għandhom jitħallsu mill-applikant skont id-dispożizzjonijiet ta’ regolamenti dwar ħlasijiet fiż-żmien speċifikat miċ-Chairperson Eżekuttiv.
(4) Meta tibdil materjali fl-applikazzjoni, disinji jew dokumenti jiġi mitlub kif imsemmi qabel, u sussegwentement jiġi magħmul, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fir-regolament 6(1) sa (5).
(5) Kull bidla ta’ applikant jew ta’ perit tista’ ssir biss permezz ta’ formola stabbilita mill-Awtorità li tiġi sottomessa b’mod elettroniku. L-oriġinal tal-applikazzjoni ffirmata għandu jinżamm mill-perit li jkun issottometta l-applikazzjoni oriġinali u kopja skannjata tal-oriġinal tal-applikazzjoni ffirmata għandha tiġi mtella’ fuq is-sistema elettronika. Kopja tal-oriġinal tal-applikazzjoni ffirmata għandha tingħata mill-perit li jkun issottometta l-applikazzjoni oriġinali lill-perit li jkun assuma r-responsabilità tal-applikazzjoni.’
‘12. (1) L-applikant għandu jikkonforma ruħu mat-talba għal bidla tad-disinji, inkluża formola riveduta għal profil ta’ żvilupp, jew dokumenti kif mitluba miċ-Chairperson Eżekuttiv fi żmien ħmistax-il ġurnata minn dik it-talba. L-applikant jista’ jitlob estensjoni li ma tistax taqbeż b’kollox sentejn għal applikazzjonijiet ta’ żvilupp li jaqgħu taħt l-iSkeda 1 u sitt xhur għall-applikazzjonijie tkollha l-oħra ta’ żvilupp li ma jaqgħux taħt l-iSkeda 2. In-nuqqas li jkunu ppreżentati f’dawn il-perjodi għandha tkun interpretata bħala rifjut mill-applikant li jikkonforma ruħu ma’ dik it-talba u iċ-Chairperson Eżekuttiv għandu jipproċessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp fuq il-bażi tal-aħħar sottomissjoni riċevuta.
(2) Jekk wara l-perijodu konsultattiv stabbilit fir-regolament 8(2) disinji emendati u, jew il-formola riveduta għal profil ta’ żviluppu, jew dokumenti oħra jiġu sottomessi mill-applikant kif imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament, iċ-Chairperso nEżekuttiv għandu jinnotifika permezz ta’ mezzi elettroniċi kwalunkwe mill-konsulenti esterni indikati fl-iSkeda 3, u, jew il-konsulenti oħra u, jew il-Kumitat Konsultattiv tal-Agrikoltura u l-Kumitat Konsultattiv tad-Disinn, fejn applikabbli, fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievi dawk id-disinji riveduti jew dokumenti:
Iżda ebda konsultazzjoni oħra ma tista’ ssir wara t-tieni konsultazzjoni.
(3) Konsulenti esterni, konsulenti oħra u l-Kumitat Konsultattiv tal-Agrikoltura u l-Kumitat Konsultattiv tad-Disinn għandhom jikkonformaw ruħhom mat-tieni talba għall-konsultazzjoni miċ-Chairperson Eżekuttiv u għandhom jissottomettu ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom fi żmien ħmistax-il ġurnata minn dik it-talba.
(4) Nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-iskadenzi għandhom jitqiesu bħala li ma hemm ebda oġġezzjoni. Ebda sottomissjoni tardiva ma tiġi aċċettata. Notifika ta’rifjut lill-konsulent estern u lill-konsulenti oħra u lill-Kumitat Konsultattiv tal-Agrikoltura u l-Kumitat Konsultattiv tad-Disinn li tagħti prova tad-data tas-sottomissjoni għandha tittella’ fuq is-sistema elettronika.
(5) Iċ-Chairperson Eżekuttiv għandu jara li kopja tar-rapport ikkompilat fir-rigward tal-iżvilupp propost jiġi komunikat lill-perit u lill-applikant. Il-perit u l-applikant għandhom jitħallew jagħmlu sottomissjonijiet dwar dak ir-rapport fi żmien għaxart ijiem mid-data meta jiġi ikkomunikat ir-rapport.
(6) Kull persuna li tkun iddikjarat xi interess u tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament 11 f’dik l-applikazzjoni, kif imsemmi, għandha:
(a) tkun notifikata miċ-Chairperson Eżekuttiv bid-disinji emendati u, jew bil-formola riveduta għal profil ta’ żvilupp u, jew dokumenti oħra fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievi l-imsemmija disinji u, jew dokumenti; u
(b) tkun infurmata bid-data tat-tlestija tar-rapport ikkompilat u għandha titħalla tagħmel dikjarazzjonijiet dwar dak ir-rapport sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data tal-komunikażzjoni tar-rapport.
(7) Kull notifika bħal dik għandha tkun tinkludi wkoll id-data tas-seduta tal-Bord tal-Ippjanar li matulu dik l-applikazzjoni għandha tiġi diskussa u deċiża mill-Bord tal-Ippjanar.
(8) Sottomissjonijiet, dikjarazzjonijiet jew rakkomanda-zjonijiet li jaslu tard għandhom jiġu miċħuda. Notifika ta’ rifjut li tagħti prova tad-data ta’ sottomissjoni għandha tittella’ fuq is-sistema elettronika. Sottomissjonijiet, dikjarazzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet li jkollhom numri ta’ referenza żbaljati ma jiġux ikkunsidrati.’
[1] Ara wkoll sentenza fl-ismijiet Moira Delia, Grace Bonello Dr Noel Buttigieg Scicluna -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawża Anton Camilleri moghtija mit-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-23 ta’ Lulju 2024 (Appell 266/23JB, PA2478/16) kif ukoll dik fl-ismijiet Moira Delia, Grace Bonello u Dr Noel Buttigieg Scicluna -vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawża Garnet Investments Ltd moghtija mit-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-23 ta’ Lulju 2024 (Appell 267/23JB, PA6072/22)
[2] Infatti, anke jekk nigbdu analogija mal-Artikolu 789 tal-Kap 12 li jitkellem dwar l-eccezzjoni ta’ nullita’ tal- atti gudizzjarji, il-legislatur hemm ried li l- eccezzjoni ta’ nullità tal-atti gudizzjarji tista’ tinghata diment li n-nuqqas jew vjolazzjoni jkunu jistghu jissewwew taht kull dispozizzjoni ohra tal-ligi
[3] Ara sentenza fl-ismijiet Guido J. Vella vs Dr.Emanuel Cefai moghtija mill-Qorti tal-Appell fl-4 ta’ Novembru 1991