Objector anonimu fil-proċess ta’ applikazzjoni għandu locus standi?

Objector anonimu fil-proċess ta’ applikazzjoni għandu locus standi?

Terz interessat li jrid jipparteċipa fil-proċess ta’ applikazzjoni jista’ jagħmel dan skont l-Artikolu 71(6) tal-Kap 552 li jgħid hekk:

Kull persuna tista’ tiddikjara interess f’xi zvilupp u, abbazi ta’ragunijiet li jkunu rilevanti ghall-ambjent u l-ippjanar, taghmel rapprezentazzjonijiet dwar dak l-izvilupp. Dik id-dikjarazzjoni ta’ interess flimkien mar-rapprezentazzjonijiet ghandha ssir bil-miktub u ghandha tasal ghand il-Bord tal-Ippjanar fiz-zmien kif stabbilit b’regolamenti preskritti mill-Ministru. Dikjarazzjoni li ma tigix ipprezentata f’dan iz-zmien stipulat ghandha tigi kkunsidrata bhala nulla u ma tistax tigi kkunsidrata mill-Bord tal-Ippjanar.

Minn dan isegwi li jekk mill-inkartament ta’ quddiem l-Awtorita’ jirriżulta li  qatt ma jissemmew l-oġġezzjonanti b’ isimhom u l-ittra t’oġġezzjoni tkun, bħalma jiġri xi drabi, saret minn perit u, jew avukat f’isem ġirien bla ebda preċiżazzjoni ta’ xejn u b’mod ġeneriku għall-aħħar, tali oġġezzjonanti ma jistgħux jippretendu li għandhom locus standi quddiem it-Tribunal, u wisq aktar, il-Qrati.  Is-sitwazzjoni tkun agħar jekk, addiritura, jissemmew ġirien (u mhux biss ġar) mingħajr lanqas ħjiel ta’ fejn jirrisjedu.

Il-preċitat ġie stabbilit fis-sentenza Philip John u Dr Monica Galea John vs  L-Awtorita tal-Ippjanar u  l-kjamat in kawza Evan Chetcuti[1] fejn il-Qorti rriteniet illi:

‘……anqas hu ta fejda ghall-appellanti li din il-kwistjoni ma qamitx quddiem il-Kummissjoni.

L-applikant irid ikollu  relazzjoni diretta mal-appellanti fil-proceduri quddiem l-Awtorita. Ir-relazzjoni diretta hi mal-Awtorita u lilha jrid jikkonvinci fuq il-mertu tal-applikazzjoni tieghu. Anki jekk irrisponda ghal kritika ta terzi, ghalkemm ignoti, ma jfissirx li ssottometta ghall-eventwalita li terz mhux imsemmi jew mhux dezumibbli mil- istess atti quddiem l-Awtorita, iressaq appell bla ma kien hemm indikazzjoni cara ta’ min kien it-terz. Hu f’tali cirkostanza li jista jinghad li l-applikant irrinunzja li jressaq eccezzjoni ta’ nullita f’kaz t’appell mit-terz identifikat jew identifikabbli bla xkiel jew dubju fil-proceduri quddiem il-Bord tal-Kummissjoni.’


[1] Ara sentenza fl-ismijiet Philip John u Dr Monica Galea John vs  L-Awtorita tal-Ippjanar u  l-kjamat in kawza Evan Chetcuti deċiża mill-Qorti tal-Appell nhar id-19 ta’ April, 2023  (Ap89/2022)