PREJAMBLU
Fl-ewwel lok, il-Kap 552 tal-Ligijiet ta’ Malta jikkwalifika r-reklamar bhala zvilupp li jirrikjedi permess ta’ zvilupp mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.[1]
F’dan l-imsemmi Att, ‘reklam’ huwa definit bhala:
‘kull kelma, ittra, mudell, sinjal, kartellun, tabella, avviż, disinn jew xbiha, sew jekk illuminata sew jekk le, li għandha xorta ta’ u hija użata għal kollox jew f’parti għal skop ta’ reklam, avviż jew direzzjoni, inklużi kull stekkat jew struttura simili użata jew adattata għall-użu ta’ wiri ta’ reklami’[2];
Reklam, allura, jinkludi ‘billboard’ li huwa definit hekk kif gej:
‘………… kull reklam id-daqs ta’ jew ikbar minn sitt metri kwadri (6m²) li huwa immuntat fuq kull struttura, kemm jekk indipendenti jew immuntat mal-ħajt, kemm jekk b’mod permanenti kif ukoll b’mod temporanju u liema billbord ma huwiex direttament relatat mar-reklamar ta’ prodotti mibjugħa jew attivitajiet li jkunu qed isiru fis-sit tal-billbord’[3]
Huwa bil-wisq interessanti, ghalhekk, li ai fini tal-ligi tal-ippjanar, billboard huwa ‘reklam ta’ jew ikbar minn sitt metri kwadri (6m²)’ sakemm dak muri ma jikkonsistix fi ‘prodotti mibjugħa jew attivitajiet li jkunu qed isiru fis-sit tal-billbord.’
Kwindi, il-billboards, xi kultant enormi, li nsibu fid-dintorni tas-supermarkets, hafna drabi ma jikwalifikawx bhala tali ai fini tal-ligi ta’ l-ippjanar sakemm il-prodott muri jkun jinbiegh minn dak il-post. F’dak il-kaz, il-limitazzjonijiet li jistghu ikunu mposti bil-ligi fuq billboards ma japplikawx purche dawn ma jinsorgux minn xi legislazzjoni differenti taht il-kappa ta’ ‘reklam’’.
FEJN JISTA’ JIGI PERMESS IR-REKLAMAR
It-tieni paragrafu tat-tieni skeda tal-Legislazzjoni Sussidjarja 552.28 jipprovdi hjiel dwar fejn jistghu isiru l-‘billboards’ f’Malta w Ghawdex. Inter alia, insibu hekk:
‘2.1 Minħabba l-impatt probabbli fuq il-kumdita’ viżiva, l-ambjent b’mod ġenerali u ssikurezza fit-toroq, ir-reklamar għandu jkun permess biss f’dawn il-lokalitajiet:
[…]
Matul toroq arterjali u distributorji soġġett għall-approvazzjoni minn Transport Malta;
[…]
F’żoni ta’ użu mħallat fejn hemm kemm żvilupp residenzjali kif ukoll ħwienet jew żona ta’ użu kummercjali, xi reklamar ta’ kartelluni jista jkun aċċettabli jekk kemm-il darba dan ikun skond l-iskala tal-bini tal-madwar u ma jnaqqasx mill-kumditajiet residenzjali.’
Mill-banda l-ohra, it-tielet paragrafu tat-tieni skeda fl-imsemmija legislazzjoni sussidjarja ifakkarna li tezisti ‘…. gwida separata ġiet prodotta għal riklami fuq ħwienet fil-Politika ta’ Disinn tal-Kontroll tal-Iżvilupp, Gwida u Standards 2015 (DC15)’.
Infatti, il-linja gwida G39 fl-imsemmi DC15 taqra s-segwenti:
‘Only one sign should be fixed to each shop, in order to contain the visual clutter that would otherwise arise. The sign should be positioned so as not to obscure or damage architectural features, or cause obstruction, annoyance or danger to passers-by or the adjoining shop. Projecting signs would not normally be allowed on scheduled properties and properties within Urban Conservation Areas.’
Minkejja li dan id-dispost jaghti lok ghal certu diskrezzjoni, l-ideja hi li tkun evitata l-gegwigija meta nigu ghal tabelli ma’ fondi kummercjali.
L-INVOLVIMENT TA’ TRANSPORT MALTA
Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar Billbords u Reklami) tirreferi għal Transport Malta bħala konsulent meħtieġ sabiex tevalwa applikazzjonijiet għal reklami u billboards minn lat tekniku li jikkonċerna s-sigurta’ tat-toroq u t-traffiku abbażi tar-regolamenti u liġijiet tagħha.
Senjatament f’sezzjoni 4.1 tal-iskeda kontenuta fl-istess liġi sussidjarja, insibu ritenut hekk:
‘Fil-valutazzjoni ta’ jekk xi sit partikolari, hijiex adattata għall-wiri ta’ billbords, il-kunsiderazzjonijiet ġenerali għandhom ikunu s-sigurtà tat-traffiku u l-użu tal-art taż-żona, l-iskala u l-immuntar ta’ bini eżistenti u jekk hemmx xi karatteristiċi ta’ interess ambjentali, arkitettoniku jew storiku fil-viċinanza. It-tqegħid ta’ billbords f’siti prominenti ħafna, per eżempju, fuq l-orizzont jew fuq is-saqaf tal-bini jew f’postijiet fejn viżjoni strateġika tkun ser tiġi interrotta, ma jitqiesx bħala xieraq.’
L-analizi teknika minn Transport Malta kif allura kontemplata f’din is-sezzjoni issir, ghalhekk, ghal ghanijiet precizi, senjatament sabiex ikun stabbilit jekk ser ikunx hemm impatti negattivi fuq is-sigurta’ tat-traffiku darba jigi stallat il-billboard. Logikament, ghandu jkun improponibli li l-Awtorita’ tal-Ippjanar qatt tista’ tapprova permess ghal billboard minghajr il-kunsens inekwivoku ta’ Transport Malta. Dan jghodd izjed w izjed peress li l-Awtorita’ tal-Ippjanar għandha l-irwol ewlieni li tevalwa l-informazzjoni kollha miġjuba lilha, flimkien mal-policies, regolamenti u kunsiderazzjonjiet oħra, kif jirrikjedi l-Artikolu 72(2) tal-Kapitlu 552 tal- Liġijiet ta’ Malta qabel tippermetti jew tiċħad il-proposta mressqa lilha. Issa, ksur tal- Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 jista’ jigi facilment abbinat ma’ ksur ta’ policy, bazi dinli ghandha twassal ghal rifjut t’applikazzjoni.
Appropositu, tajjeb jinghad ukoll li fin-nuqqas li l-approvazzjoni ta’ Transport Malta ma tkunx giet ottjenuta, l-approvazzjoni ta’ billboards ohrajn fil-vicin ma jipprovdux wisq soljevlill-applikant. Huwa principju ormai inkontestat li kull każ għandu jiġi kunsidrat fuq il-mertu proprju tiegħu u l-fatt waħdu ta’ żvilupp kontigwu mhux biżżejjed biex jiġġustifika siccome ebda commitment ma jista’ qatt jegħleb il-fatt li permess m’għandux jinħareg jekk isir kontra l-ligi, pjan jew policy. Dak meqjus mill-Qorti ta’ l-Appell fis-sentenzafl-ismijiet Michael Debrincat vs L-Awtorita’ tal-Ippjanar[4] huwa llum bibbja:
‘….l-artikolu 72(2) tal-Kap. 552 jipprovdi li l-Bord għandu jqis l-ewwel u qabel kollox pjanijiet u policies imressqa quddiemu u għandu jqis ukoll kull ħaġa oħra ta’ sustanza inkluż commitments. Il-kliem tal-artikolu hu ċar fil fehma tal-Qorti u ma biddel xejn mill-ġurisprudenza l-aktar riċenti fil-materja. L-enfasi tal-leġislatur hi fuq aderenza għal liġijiet, pjanijiet u policies u fatturi ohra jittieħdu in konsiderazzjoni basta ma jxejnux il-liġijiet, pjanijiet u policies applikabbli għal każ.’
Sadanittant, Transport Malta hija biss konsulent meħtieġ sabiex tevalwa dawn l-applikazzjonijiet minn lat tekniku li jikkonċerna s-sigurta’ tat-toroq u t-traffiku. L-approvazzjoni ta’ Transport Malta ma tfissirx, ghalhekk, approvazzjoni awtomatika tal-permess.[5]
Detto cio, l-iskrutinju tekniku neċessarju ta’ Transport Malta ghandu jkun imsejjes fuq il-gwidi tekniċi u policies kif stabiliti fil-Kapitolu 499 tal-Liġijiet ta’ Malta, inkluz il-provvedimenti tal- Liġi Sussidjarja 552.28[6] u mhux kwalsijasi kunsiderazzjoni li titla’ bix-xorti.
REKLAMAR EZENTI MINN PERMESS
Rajna li, in via di principju, il-Kap 552 tal-Ligijiet ta’ Malta jikkwalifika r-reklamar bhala zvilupp li jirrikjedi permess ta’ zvilipp mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. [7] Detto cio’, il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar Billbords u Reklami) tipprovdi numru ta’ istanzi fejn permess mhux mehtieg ghalkemm jibqa’ jghodd il-principju li ‘…kull reklam … għandu jkun mibni, imwaħħal u muri b’mod li ma jkunx ta’ periklu għal persuni u m’għandux ikun imwaħħal ma’ xi siġra, arbuxxella jew ħajt tas-sejjieħ.’[8]
Nel frattemp, ir-reklami li ġejjin għandhom ikunu eżenti mill-ħtiġiet ta’ permess[9]:
‘(a) reklam li jintwera fuq art magħluqa u li ma jkunx viżibbli minn xi triq f’żoni mhux mgħottija f’terminals ta’ vjaġġar;
(b) reklam li jintwera fuq jew f’vettura li normalment tintuża bħala vettura li tiċċaqlaq u mhux fuq vettura ta’ reklamar;
(ċ) reklam politiku’[10]
(d) reklam meħtieġ minn xi liġi jew ordnat minn qorti kompetenti;
(e) reklam għal festa ta’ belt jew raħal, inkluż reklami sponsorjati, kemm-il darba dan jintwera għal mhux aktar minn tletin (30) jum qabel id-data tal-festa;
(f) sinjal tat-traffiku;
(g) sinjal li jħabbar l-isem ta’ xi belt, belt jew raħal muri minn gvern jew kunsill lokali;
(h) il-bandiera nazzjonali ta’ kwalunkwe pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali jew bandiera ta’ lokalità oħra, kemm-il darba ma jkunx hemm reklamar ta’ xi attività kummerċjali relatata miegħu;
(i) reklam muri fuq il-faċċata ta’ fond li jintuża għal attivitajiet li ma jaqgħux fil-Klassi 1 tal-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp, kemm-il darba ż-żona totali tar-reklami ma tkunx aktar minn 0.5 metri kwadri, u r-reklam ikun imwaħħal ċatt kontra l-faċċata u ma jkunx sinjal li jipproġetta;
(j) reklam muri f’bini mibni;
(k) reklam fil-forma ta’ bandiera li turi logo ta’ kumpannija jew isem fuq is-saqaf ta’ kwalunkwe bini kummerċjali;
(l) reklam approvat bħala parti mill-Iskema tat-Tisbiħ tat-Traffic Islands, sakemm dan ikuun jikkonforma mal-limitazzjonijiet tad-daqs tal-iskema ta’ 1.2m bi 30cm, u mhux aktar minn żewġ reklami ikunu murija f’kull traffic island;
(m) reklam li jifforma parti integrali minn apertura;
(n) billbord li għandu l-kunsens tal-President tar-Repubblika u użati esklussivament għall-attivitajiet u avvenimenti tal-Uffiċċju tal-President, sakemm l-Awtorità tkun notifikata dwar il-post tas-sit u ma jkunx hemm aktar minn għaxar (10) postijiet konkorrenti fil-Gżejjer Maltin;
(o) sa żewġ (2) billbords li jirreklamaw proġetti pubbliċi u/jew finanzjati mill-UE kemm-il darba dawn ikunu jinsabu fil-konfini tas-sit tal-proġett u jitneħħew meta jitlesta l-proġett;
(p) sa għaxar (10) billbords li jirreklamaw attivitajiet ta’ organizzati mill-NGO’s, liema billbords għandhom jiġu pprovduti minn TM, u l-użu tagħhom jiġi deċiż minn kumitat imwaqqaf mill-Ministru’.
[1] Artikolu 70(2) tal-Kap 552 jipprovdi inter alia dan:‘(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, u, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, għall-għanijiet l-oħra kollha ta’ dan l-Att,”żvilupp” tfisser l-għemil ta’ xogħol ta’ bini, inġinerija, xogħol ta’ barrieri, tħaffir u xogħol ieħor għall-kostruzzjoni, demolizzjoni jew tibdil fl-art jew fil-baħar, jew fuqhom, jew ’il fuq minnhom jew taħthom, it-tqegħid ta’ reklami jew kull bidla sostanzjali fl-użu tal-artjew bini u baħar, minbarra:
[…]
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu –
[…]
(ċ) l-użu għall-wiri ta’ reklami fuq xi parti ta’ barra ta’ bini li ma jkunx normalment użat għal dak l-iskop, ifisser tibdil sostanzjali fl-użu ta’ dak il-bini jew art, jew parti minnu, mingħajr preġudizzju, fil-każ ta’ reklami, għal kull regolament jew ordni magħmula taħt dan l-Att dwar il-kontroll tagħhom.
[…]’
[2] Definizzjoni fil-Kap 552
[3] Definizzjoni fil-Liġi Sussidjarja 552.28
[4] Ara sentenza fl-ismijiet Michael Debrincat -vs- L-Awtorita’ tal-Ippjanar deċiża mill-Qorti tal-Appell nhar l-24 t’ Ottubru 2018 (Appell Nru. 55/2018)
[5] Ara sentenza fl-ismijiet Edward Micallef –vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar moghtija mit-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-30 t’April 2024 (Appell 271/23JB, PA829/23)
[6] Ara sentenza fl-ismijiet Jeffrey Farrugia –vs- l-Awtorita’ tal-Ippjanar moghtija mit-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar l-20 ta’ Gunju 2024 (Appell 209/23JB, PA7817/22)
[7] Artikolu 70(2) tal-Kap 552 jipprovdi inter alia dan:
‘(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, u, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, għall-għanijiet l-oħra kollha ta’ dan l-Att,”żvilupp” tfisser l-għemil ta’ xogħol ta’ bini, inġinerija, xogħol ta’ barrieri, tħaffir u xogħol ieħor għall-kostruzzjoni, demolizzjoni jew tibdil fl-art jew fil-baħar, jew fuqhom, jew ’il fuq minnhom jew taħthom, it-tqegħid ta’ reklami jew kull bidla sostanzjali fl-użu tal-artjew bini u baħar, minbarra:
[…]
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu –
[…]
(ċ) l-użu għall-wiri ta’ reklami fuq xi parti ta’ barra ta’ bini li ma jkunx normalment użat għal dak l-iskop, ifisser tibdil sostanzjali fl-użu ta’ dak il-bini jew art, jew parti minnu, mingħajr preġudizzju, fil-każ ta’ reklami, għal kull regolament jew ordni magħmula taħt dan l-Att dwar il-kontroll tagħhom.
[…]’
[8] Reg 4(2) tal- Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar Billbords u Reklami)
[9] Reg 4(1) tal- Leġislazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar Billbords u Reklami)
[10] “reklam politiku” tfisser ‘kull reklam, inkluż billbord, li jintuża għall-wiri ta’ materjal relatat esklussivament ma’ elezzjoni ġenerali jew referendum jew elezzjoni tal-Parlament Ewropew jew elezzjoni tal-kunsilli lokali u li jiġi muri mhux iktar kmieni minn tliet xhur qabel id-data tal-elezzjoni jew ir-referendum u mhux iżjed tard minn ġimgħa mid-data li fiha jitħabbar uffiċjalment ir-riżultat ta’ dik l-elezzjoni jew dak ir-referendum’