X’kien l-għan tal- Kap 199?

X’kien l-għan tal- Kap 199?

L-għan soċjali tal-Kap 199, ossija l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ ġie mfisser minn membru parlamentari li kellu sehem aattiv fit-tfassil tal-liġi li, wara b’emendi, sar l-Att XVI tal-1967 (emendat diversi drabi, illum Kap 199 tal-Liġijiet ta’ Malta) bil-mod kif isegwi:

‘… u dan hemm bżonnu għaliex meta għandek dak in-numru kbir li jaħdmu l-art, jekk ma jkollhomx protezzjoni, l-art li tkun ilha tinħadem mill-familja tagħhom, jitilqugħha. Dawn in-nies għandhom attakament ma’ l-art tagħhom u … jekk kemm -il darba il-bidwi ma jkollux il-forza ta’ tradizzjoni u attakament ma’ dik l-art li qablu ħadem missieru jekk ma jkunx hemm dan is-sentiment, diffiċli li żżomm bniedem ma’ l-art jekk ma ittiħx dak id-dritt li jibqa’ jġedded il-kirja, vuoldiri ‘protezzjoni’’

(It-Tieni Parlament, Seduta tat-22 ta’ Frar, 1967, pp. 4048 – 4099).

Il-pożizzjoni tal-gven matul iż-żmien ma jidhirx li nbidlet wisq minn hekk. Fil-fatt, fuq il-gazzetta ‘ILLUM’, l-Avukat ta’ l-Istat, Dr Chris Soler, ġie rapurtat li qal hekk:

“Alla ħares m’għandhiex din il-liġi tal-qbiela li tagħti protezzjoni lill-bidwi u tassigura ċirkostanzi fejn Malta jkollha tiddependi fuq l-agrikoltura lokali u mhux l-importazzjoni.”[1]


[1] https://www.illum.com.mt/ahbarijiet/politika/65691/lavukat_talistat_jgid_li_llii_talqbiela_qed_tipprotegi_lprovvista_talikel_fka_ta_emerenza_ballgwerra_flukrajna_#.ZEjSKXZBy5c