Meta jiskatta d-dritt għas-senserija?

View Categories

Meta jiskatta d-dritt għas-senserija?

< 1 min read

Biex jiskatta d-dritt għas-senserija jridu jikkonkorru tlett elementi prinċipali:

(1) Il-konklużjoni tan-negozju prospettat;

(2) L-intromissjoni tas-sensar tkun ġiet rikjesta jew almenu aċċetata miż-żewġ kontraenti;

(3) L-attivita’ tas-sensar tkun wasslet lill-partijiet għal in idem placitum consensus (jew aħjar, il- kunsens taż-żewġ partijiet);

Fin-nuqqas ta’ wieħed minn dawn l-ingredjenti ma tistax tiġi sostnuta talba għal ħlas ta’ senserija, imma jista’ biss jingħata kumpens għax-xogħol magħmul.