Li hu mportanti, pero, huwa li l-fond tal-bini ma jeċċedix 30 metru kif tipprovdi Policy P27 tal-linji gwida DC15.
Fis-sentenza fl-ismijiet John Restall et. kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawża, Kristian Calleja mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar il-25 ta’ Mejju 2021 (Appell 400/18 JB, PA 2017/18), it-Tribunal osserva dan:
‘… it-Tribunal analizza l-Pjan Lokali fejn seta’ josserva li s-sit ma jaqax gewwa xi zona denominate bhala Urban Green Enclave u ghalhekk, l-argument imressaq minn l-appellant f’dan ir-rigward m’huwiex fis-sewwa. Barra minn hekk, kif gibdet l-attenzjoni tajjeb l-Awtorita’, il-fond tal-izvilupp kif approvat huwa konformi ma’ dak li tipprovdi Policy P27 tal-linja gwida DC15.’