LAW BLOG: Teżisti problema jekk il-kerrej jagħmel xogħol bla permess fid-dar?
Fil-ġurisprudenza nsibu li “il-kerrej avolja ma jottjenix il-permess tas-sid jista’ jaghmel innovazzjonijiet fil-fond lokatizju purche’ dawn ikunu parzjali u mhux ta’ importanza kbira, ma jbiddlux id-destinazzjoni tal-lokazzjoni, ma jippregudikawx id-drittijiet tal-proprjeta’, ikunu jistghu jigu rimossi meta tispicca l-lokazzjoni u jkunu necessarji jew utili ghall-godiment tal-fond (Vol. XXIX.ii.681)” (ara sentenza fl-ismijiet Joseph Busuttil et vs Carmelo Pace et moghtija mill-Prim’Awla nhar il-31 ta’ Jannar, 1995).
Madankollu, f’ġurisprudenza aktar ricenti (ara sentenza fl-ismijiet Grace Cassar vs Darani Investments Limited moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera nhar l-1 ta’ Lulju 2020 (Rik 1/2018JD)) insibu li “jibqa’ l-fatt li r-regola generali hi li ma jistax isir tibdil fil-haga mikrija minghajr il-kunsens tas-sid” u għalhekk “li jkun jista’ jsir tibdil minghajr il-kunsens tas-sid ghandha tkun l-eccezzjoni u mhux ir-regola.”