Dan jibqa’ jgħodd sakemm l-applikant ma jirrilaxxax dikjarazzjoni ċara biex jegħleb tali dubju. Dan ħareġ ċar, per eżempju, fis-sentenza fl-ismijiet Jeffrey Zammit kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar moghtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-18 ta’ Mejju 2021 (Appell 267/20 JB, PA 724/20) fejn intqal hekk:
‘Tenut kont li hija prattika komuni li r-registrazzjoni tar-raba` ma tinkludiex strutturi meta dawn ikunu pozizzjonati fit-tarf tal-ghalqa, hija l-fehma kunsidrata ta’ dan it-Tribunal li gialadarba l-istrutturi tal-imsemmija jaghmlu part mill-ghalqa in kwistjoni, l-appellant kellu l-obbligu li jipprovdi l-informazzjoni necessarja fir-rigward ta’ dawn l-istrutturi sabiex jindirizza id-dubji fir-rigward tal-pussess ta’ dawn, u b’hekk jindirizza t-thassib imqajjem mill-Awtorita`. Fuq dan il-punt, it-Tribunal josserva li fil-konsultazzjoni finali mal-AAC, il-proposta odjerna ma kienetx ikkunsidrata min dan il-Kumitat konsultattiv accettabbli ghal diversi ragunijiet, fejn fir-raba` punt gie indikat; “to submit declaration by applicant whether he is in possession of other structures in ODZ”. Fil-kors tal-applikazzjoni odjerna, u fil-prezentazzjoni ta’ dan l-appell din id-dikjarazzjoni mill-applikant ma gietx sottomessa u ghalhekk ir-rekwiziti tal-AAC ma gewx sodisfatti. Ghaldaqstant, it-Tribunal m’huwiex tal-fehma li l-appellant indirizza bis-shih it-thassib imqajjem mill-AAC, u ghaldaqstant ma jidhirx li huwa intitolat ghal hazna aggrarja skont kif indikat fil-policy 2.5A fil-linja gwida rurali tal-2014.’