L-Artikolu 80 tal- Kapitolu 552 ma jistax jiġi użat bħala sostituzzjoni tal-proċedura tal-appell aktar w aktar meta il-case officer ikun indika u ċċita d-dokumenti tal-policies kollha li setgħu kienu rilevanti għad-determinazzjoni tal-applikazzjoni u, wara kollox, il-Kummissjoni mhix marbuta li timxi mar-rakkomandazzjoni tal-case officer.
Lanqas ma wieħed ma jista’ jargumenta li case officer report li seta’ kien redatt aħjar għandu jwassal għar-revoka ta’ permess. Dan għaliex wieħed irid jibda mill-punt li l-Kummissjoni xorta waħda hi konxja mill-policies ta’ rilevanza għad-determinazzjoni tal-applikazzjoni, liema policies ħafna drabi jkunu ċitati fl-istess rapport. Huwa desunt li l-Kummissjoni tal-Ippjanar hija komposta minn nies kompetenti li huma konxji mill-kontenut u l-importanza tal-policies li jkunu qegħdin japplikaw u fejn ikollhom diffikulta’ għandhom dritt jistaqsu għal kjarifiki skond l-Artikolu 31 tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.
Dan kollu ħareġ fis-sentenza fl-ismijiet Dr. Simon Busuttil kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawza, Pamela Cordina mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-18 ta’ Mejju 2021 (Appell 219/20 JB, PA 1721/15) fejn intqal effettivament hekk:
‘Illi dan l-appell gie natvolat wara li l-appellant ressaq talba lill-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex il-permess PA 1721/15 jigi emendat/revokat ai termini tal-Artikolu 80 ta’ l-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp minhabba informazzjoni skorretta u zbaljata sottomessa lill-Kummissjoni li ddecidiet il-kaz, liema talba giet michuda mill-Bord tal-Ippjanar. Illi ghaldaqstant m’huwiex fil-kompitu ta’ dan it-Tribunal li jidhol fil-mertu tal-permess jew interpretazzjoni ta’ policy mill-gdid, izda ghandu jara jekk irragunijiet stabbiliti fit-talba mressqa mill-appellant jaghtux lok ghal invokazzjoni ta’ Artikolu 80.
Illi fl-ewwel lok, dan it-Tribunal jirreferi ghall-Artikolu 80 ta’ l-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp li jistipula s-segwenti:
80. (1) Il-Bord tal-Ippjanar jista’ biss (a) fil-każijiet ta’ frodi; jew (b) meta jkun hemm is-sottomissjoni ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li hija inkorretta jew li ma tirriflettix is-sitwazzjoni fuq is-sit; jew (ċ) fejn hemm żball f’dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument; jew (d) fejn is-sigurtà pubblika hija konċernata, b’deċiżjoni jirrevoka jew jibdel kull permess għall-iżvilupp mogħti taħt dan l-Att, inkluża kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Ippjanar skont xi Ordni, filwaqt li fid-deċiżjoni jagħti r-raġunijiet tiegħu u jrid jindika b’mod ċar il-bażi legali tar-revoka għal dik id-deċiżjoni.
Illi t-talba mressqa mill-appellant ghar-revoka tal-permess hija marbuta principarjament mal-argument imressaq fl-ewwel aggravju fejn jinghad li l-Kummisjoni tal-Ippjanar inghatat informazzjoni zbaljata mic-Chairperson Ezekuttiv fejn giet infurmata li l-estent ta’ l-izvilupp seta’ jkun ta’ 30 metru abbazi ta’ Cirkulari 3 tal-2014, meta fil-fatt kellha tigi prezentata b’informazzjoni li f’sit bhal dan il-limitu tal-izvilupp huwa ta’ 25 metru skont policy CG09 tal-Pjan Lokali applikabbli ghas-sit odjern. Illi jinghad li meta l- Kummisjoni rat il-kaz idderigiet lill-applikant sabiex jirriduci l-proposta tieghu ghal zvilupp li ma jeccedix it-30 metru u ghaldaqstant l-appellant jishaq li l-Kummissjoni ghamlet apprezzament zbaljat u ddecidiet hazin dwar din l-applikazzjoni gialadarba ma nghatatx l-informazzjoni korretta.
Illi dan it-Tribunal ha konjizzjoni tar-risposta tac-Cahirperson Ezekkuttiv ghat-talba tar-revoka tal-permess fejn jinghad issegwenti:
Following this assessment, the Planning Directorate is of the opinion that the information given to the Commission was not erroneous and based on this information, the Commission consciously requested that the development be reduced to a depth of 30 meters as specified in PA Circular 3/14. Therefore, the Directorate is of the opinion that the Planning Authority should not revoke the case under Article 80 of the Development Planning Act of 2016.
[…]
Illi f’dan l-istadju m’huwiex lok li wiehed jaghmel analizi jekk id-Direttorat kellux ragun jew le fl-applikabilita’ tal-policy u dan minhabba l-fatt li dan l-appell hu mibni strettament fuq l-Artikolu 80 tal-Kapitlu 552 liema Artiklu jitrattar-revoka ta’ permess.
F’dan ir-rigward, it- It-Tribunal jirreferi ghall-Artikolu 80 tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp li jipprovdi li: “80. (1) Il-Bord tal-Ippjanar jista’ biss (a) fil-każijiet ta’ frodi; jew (b) meta jkun hemm is-sottomissjoni ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li hija inkorretta jew li ma tirriflettix is-sitwazzjoni fuq is-sit; jew (ċ) fejn hemm żball f’dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument; jew (d) fejn is-sigurtà pubblika hija konċernata, b’deċiżjoni jirrevoka jew jibdel kull permess għall-iżvilupp mogħti taħt dan l-Att, inkluża kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Ippjanar skont xi Ordni, filwaqt li fid-deċiżjoni jagħti r-raġunijiet tiegħu u jrid jindika b’mod ċar il-bażi legali tar-revoka għal dik id-deċiżjoni.”
… (2) Ghall-fini tas-subartikolu (1):
"frodi" tfisser is-sottomissjoni lill-Bord tal-Ippjanar ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li abbazi taghha l-Bord tal-Ippjanar ikun approva permess ghall-izvilupp, meta dik l-informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta hija falza;
"informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta inkorretta" tfisser is-sottomissjoni lill-Bord tal-Ippjanar ta’ xi informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta li abbazi taghha l-Bord tal-Ippjanar ikun approva permess ghall-izvilupp, fejn tali informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta ma tirriflettix is-sitwazzjoni fuq is-sit jew hija erronja jew zbaljata;
"zball f’dokument li jidher minn ezami tal-istess dokument" tfisser zball maghmul mill-Bord tal-Ippjanar huwa u jilhaq decizjoni u tali zball jidher mid-dokumenti tal-procedimenti tieghu:
Izda l-Bord tal-Ippjanar m’ghandux jirrevoka jew ibiddel permess ghall-izvilupp fuq il-bazi ta’ frodi jew informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta inkorretta jew zball f’dokument li jidher minn ezami tal-istess dokument, fejn tali cirkostanza ma kellha lebda incidenza materjali fuq il-hrug tal-permess ghall-izvilupp b’tali mod illi kieku l-informazzjoni korretta kienet disponibbli filmument tad-decizjoni, ir-rizultat ma kienx ikun differenti.
Illi t-Tribunal jinnota li l-Artikolu 80 supra-citat huwa specifiku meta ghandhom jigu kkunsidrati r-revoka ta’ permessi. Illi fl-isfond ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet,u wara li dan it-Tribunal ha konjizzjoni tal-case officer’s report li gie pprezentat quddiem il-Kummissjoni tal-Ippjanar, dan it-Tribunal jinnota li ghalkemm ir-rapport seta’ kien aktar car fl-evalwazzjoni tal-estent tal-izvilupp f’zona indikata bhala Open Space Enclave, wiehed ma jistax jasal ghall-konkluzjoni li l-Kummissjoni ma kienitx konxja millpolicies ta’ rilevanza ghad-determinazzjoni tal-applikazzjoni, liema policies kienu kollha citati fl-istess rapport.
Illi l-Kummissjoni tal-Ippjanar hija komposta minn nies kompetenti li huma konxji mill-kontenut u l-importanza tal-policies li jkunu qeghdin japplikaw u fejn ikollhom diffikulta ghandhom dritt jistaqsu ghal kjarifiki skond l-Artikolu 31 tal-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp. Illi f’dan il-kaz, it-Tribunal huwa ta’ l-istess fehma tal-Bord tal-Ippjanar fejn jinghad li “one cannot conclude that the commission was not knowledgeable of the policy when it is evident that the commission had all the information available to reach an informed decision.”
Dan aktar u aktar jghodd meta jigi kkunsidrat illi d-decizjoni ttiehdet mill-Kumissjoni ta’ l-Ippjanar li kienet tiddeciedi applikazzjonijiet kollha li jaqaw fil-qalba urbana bhal dan il-kaz. Dan it-Tribunal jsibha difficli jasal ghall-konkluzjoni ‘lli din l-Kummisjoni ma kienetx konxja tal-limitazzjonijiet tal-Pjan Lokali fuq Open Space Enclave jew li ma kienetx edotta millprovvedimenta tal-policy CG09 msemmija fid-DPAR li fuqu bbazat id-decizjoni.
Il-process kontemplat fl-Artikolu 80 mhux intiz ghal ftuh mill-gdid tal-process ta’ stharrig ta’ proposta ta’ zvilupp izda l-istharrig ghandu jkun limitat ghal konsiderazzjoni jekk saritx informazzjoni, dikjarazzjoni jew sottomissjoni ta’ pjanta inkorretta cioe erronja jew zbaljata u jekk tali zball incidiex fuq il-hrug tal-permess. F’dan il-kaz m’hu qed jitqies l-ebda involviment ta’ frodi, zball ta’ iinformazzjoni jew dokument jew koncern ta’ sigurta’ pubblika kif indikat fl-Artiklu 80. Oltre dan, ma jistax wiehed jallaccja din il-kwistjoni mal-konkluzjoni ta’ informazzjoni zbaljata da parti tad-Direttorat, sta li din hija biss prezunzjoni minn naha talappellant.
Hawnhekk it-Tribunal jaghmel referenza ghas-sentenza moghtija mill-Qorti ta’ l-Appell fil-15 ta’ Ottubru 2020 fl-ismijiet: Travis Boyd, et. vs l-Awtorita` ta’ l-Ippjanar et. (Appell Nru. 4/20) fejn il-Qorti tal-Appell ghal dawn il-motivi, u wara li t-Tribunal ha konjizzjoni tal-fatti speci kollha tal-kaz, it-Tribunal qieghed jichad dan l-appell.'
