Dan ġara per eżempju fis-sentenza fl-ismijiet Alfred Muscat kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar it-18 ta’ Mejju 2021 (Appell 298/19 JB, PA2204/19) fejn intqal hekk:
‘Illi dan l-appell jikkoncerna talba ghal sanzjonar ta’ alterazzjonijiet u estensjonijiet ma’ bini kopert bil-permess PA5188/01. L-izvilupp approvat jikkonsisti f’garaxx u agricultural store biswit xulxin, filwaqt li l-addizzjonijiet mal-bini ezistenti jinkludu l-bini ta’ basement, zidiet fil-livell tal-bejt, alterazzjonijiet mal-bini, u kif ukoll l-installazzjoni ta’ PV panels. L-izvilupp huwa propost fuq sit li jinsab barra miz-zona tal-izvilupp, fuq Sqaq tal-Marg fil-limiti ta’ Had-Dingli.
L-izvilupp propost gie rrifjutat minn l-Awtorita’ tal-Ippjanar fuq il-bazi ta’ erba’ ragunijiet ta’ rifjut, ossia illi:
1. L-izvilupp propost huwa kontra Thematic Objective 1 tal-iSPED u dan minhabba li l-livell tal-basement jestendi ghal erja li huwa akbar mill-footprint tal-bini fil-pjan terran.
2. Il-kamra ezistenti fl-ewwel sular hija struttura illegali u m’huwiex qieghed jintalab sanzjonar ghalih, u ghalhekk l-applikazzjoni hija kontra Regolament 17 tal-Avviz Legali 162 tal-2016.
3. Il-panelli tax-xemx m’humiex konformi ma’ Policy P48 tal-linja gwida DC15 minhabba li barra miz-zona tal-izvilupp dawn ghandhom jigu installati catti fuq is-saqaf tal-bini.
4. It-tinda hija kontra Policy 2.5A tal-linja gwida rurali tal-2014 u dan minhabba li l-izvilupp gja permessibbli fuq is-sit huwa ta’ daqs sufficjenti ghal hazna agrikolu.
[…]
L-Awtorita’ izzomm ferm mar-rifjut, u tispjega li filwaqt li huwa rikkonoxxut li s-sit jinsab qalb zona kommessa bil-bini, l-istess zona m’hijiex klassifikata bhala Rural Settlement izda bhala zona barra mill-konfini tal-izvilupp u ghalhekk kellhom japplikaw il-provvedimenti tal-linja gwida rurali tal-2014. Fuq il-bazi ta’ dan, l-Awtorita’ tinsisti li r-raguni tar-rifjut gew applikati b’mod korrett ghaliex l-izvilupp ta’ fuq is-sit kellu jitqies bhala sit li jinsab barra miz-zona tal-izvilupp.
[…]
Fir-rigward tal-ewwel raguni tar-rifjut, ghalkemm huwa minnu li s-sit huwa wiehed klassifikat bhala barra miz-zona tal-izvilupp, ma jistax jigi njorat il-kuntest tas-sit fejn dan huwa imdawwar minn kull naha b’bini ezistenti. Barra minn hekk, huwa minnu wkoll li ssit huwa gja kommess bil-permessi precedenti, fejn kien gie approvat garaxx u agricultural store fil-pjan terran u bitha fuq in-naha retrostanti. Il-basement li huwa propost fil-livell sottoterran jestendi l-barra mill-footprint tal-bini, izda dan jestendi taht il-parti tas-sit li huwa kommess bhala bitha bil-pavimentar u mhux taht xi parti tas-sit li hija hamrija u naturali.
Huwa car li l-intenzjoni ta’ Thematic Objective 1 tal-iSPED huwa li ma jsirx zvilupp sporadiku f’zoni rurali u li ma jsirx dannu ghall-ambjent naturali. Izda gialdarba l-livell sottoterran ma jestendix il-barra mill-erja tal-izvilupp li kien gja kommess fuq is-sit permezz tal-PA5188/01, u peress li l-basement ma jestendix fuq xi art naturali bil-hamrija, huwa car li dan il-livell tal-basement m’huwiex qieghed johloq ebda dannu jew hsara lill-ambjent, u ghalhekk ma jistax jitqies li jmur kontra l-objettivi tal-iSPED ghallharsien tal-ambjent naturali.
[…]
Ghaldaqstant, it-Tribunal huwa propens illi jilqa` limitatament dan l-appell u japprova xi parti mit-talba ta’ sanzjonar tal-izvilupp……’