Le.
Fis-sentenza fl-ismijiet John Restall et. kontra l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-kjamat in kawża, Kristian Calleja mogħtija mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar nhar il-25 ta’ Mejju 2021 (Appell 400/18 JB, PA 2017/18), it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar qal hekk:
‘Il-fatt li d-decizjoni tal-Kummissjoni ma kienetx taqbel mat-talba tal-objectors ma jistax jinghad li b’xi mod id-decizjoni tal-Kummissjoni saret bi ksur tal-Artikolu 72(2)(f) tal-Kapitlu 552 tal-Ligijiet ta’ Malta, u ghalhekk dan l-aggravju wkoll m’huwiex fis-sewwa.’