Kemm huwa il-minimum clear height li jrid jinżamm fil-kmamar skont il- liġijiet sanitarji?
Fl-ewwel lok, tajjeb niddistingwu bejn ‘habitable space’ u ‘non habitable space’.
Skont l-Avviż Legali 227/16, "habitable space" tfisser ‘any space larger than six meters squared’. Pero, 'bathrooms, circulation space, walk-in wardrobes,domestic stores, engine rooms, lift shafts, garages, games rooms, commercial developments’ qatt m’huma meqjusa ‘habitable’ anke jekk dawn jeċċedu 6 metri kwadri;
Issa, f’każ ta’ ‘habitable space’, il-clear height trid tkun ta’ l-anqas 2.6 metri; Sa massimu ta’ 30% ta’ ‘habitable space’ jista’ jkun sa 2.0 metri.
F’każ ta’ ‘non-habitable space’, il-clear height trid tkun ta’ l-anqas 2.4 metri; Pero, f’każ ta’ ‘engine rooms, lift shafts, domestic stores, walk-in wardrobes, bathrooms’, jista’ jkun hemm clear height anqas minn 2.4 metri iżda l-liġi ma tgħidx kemm.
F’ każ ta’ kmamar ‘double volume’, l-‘intermediate floor’ għandu jkollu minimu ta’ 2.1 metri iżda l-‘intermediate floor’ ma jistax jokkupa aktar minn 30% tal-kamra.
Jista’ jkollok xi ħaġa sporġuta fuq apertura?
L-Artikoli rilevanti jinsabu fl- Avviż Legali 226 ta’ l- 2016. Dawn jgħidu hekk:
“Meta spazju abitabbli għandu forma irregolari u l-aperturi esterni diretti ma jipprovdux dawl naturali u ventilazzjoni diretta lill-ispazju abitabbli kollu, ħaga sporġuta fuq kull apertura bħal dik ma għandhiex tkun iżjed minn metru.”
L-istess regolamenti jgħidu li "Kull spazju abitabbli għandu jkollu apertura esterna kumulattiva b’area minima ta’ mill-inqas metru kwadru” kif ukoll “Ebda ħaga sporġuta m’għandha tkun permessa fuq apertura b’area kumuluttiva ta’ inqas minn metru kwadru.”
Kemm għandu jkun l-ogħli ta’ kamra skont il- liġijiet sanitarji?
L-għoli ċar (jew il- clear height):
F’każ ta’ spazju abitabbli m’għandux ikun inqas minn żewġ metri u sittin ċentimetru (260cm);
F’każ ta’ spazju mhux abitabbli m’għandux ikun inqas minn żewġ metri u erbgħin ċentimetru (240cm), eskluż kmamar tal-inġenji, xaftijiet tal-lifts, imħazen domestiċi, walk-in wardrobes u kmamar tal-banju, li jista’ jkollhom għoli ċar ta’ inqas minn żewġ metri u erbgħin ċentimetru (240cm).
Jista’ jkollok intermediate floor f’ kamra kbira?
L-Avviż Legali 227/16 jipprovdi li kwalunkwe sulari intermedjarji fil-parametri tal-għoli ta’ spazju jistgħu jiġu akkomodati sakemm pero l-għoli ċar tas-sular intermedjarju ma jkunx inqas minn żewġ metri u għaxar ċentimetri (210cm) u 70% tal-ispazju għandu jibqa’ bħala volum doppju.
Is-sid ta’ dar ta’ isfel jista’ jżomm lis-sid ta’ fuq milli jikkomunika l- katusi mad-drenaġġ pubbliku?
Skont il- Kodiċi tal- Pulizija, senjatament l- Artikolu 104(2), "is-sid jew id-detentur tal-parti t’isfel tad-dar għandu jħalli jsiru, f’dik in-naħa tad-dar, katusi jew kanali ta’ kumnikazzjoni min-naħa ta’ fuq għal mad-drenaġġ pubbliku."
Mill- banda l- oħra, meta l-kanali, il-katusi jew il-ventilaturi, ma jnaqqsux il-valur tad-dar jew ta’ dik il-parti tad-dar li fiha jkunu saru jew tqiegħdu, ma jkunx hemm lok għall-ħlas ta’ danni ħlief għal dawk it-tiswijiet li jkunu jinħtieġu minħabba t-tqegħid ta’ dawk il-kanali, katusi jew ventilaturi.
Għaldaqstant, il-fatt biss li tkun ġiet maħluqa servitù taħt dan l-artikolu ma jagħti jedd għall-ebda indennizz.
Is-sid ta’ dar ta’ fuq jista’ jżomm lis-sid ta’ isfel milli jtella l- ventilaturi li hemm bżonn skont il- Kodiċi tal- Pulizija?
Skont il- Kodiċi tal- Pulizija, senjatament l- Artikolu 104(2), “Is-sid jew id-detentur tal-parti ta’ fuq ta’ dar għandu jħalli li jsiru, min-naħa t’isfel tad-dar sa fuq il-bejt tagħha, il-ventilaturi meħtieġa imsemmija fid-disposizzjonijiet tal-Artikolu 97 ta’ l- istess Kodiċi tal- Pulizija.”
Pero għandu jiġi osservat li l-istess liġi tgħid li fil-każijiet kollha, il-kanali, il-katusi, jew il-ventilaturi għandhom isiru jew jitqiegħdu b’mod illi jkunu tal-anqas xkiel għal min joqgħod fid-dar, jew f’parti tad-dar, illi fiha jkunu saru jew tqiegħdu, u tal-anqas ħsara lid-dar jew lil dik il-parti tad-dar.
Aktar minn hekk, is-sid jew id-detentur ta’ dar għandu wkoll iħalli illi l-ventilaturi ta’ dar qrib jiġu mwaħħlin mal-ħitan tad-dar tiegħu, sabiex dawk il-ventilaturi jista’ jkollhom l-għoli illi l-Awtorità Sanitarja jidhrilha meħtieġ.
Mill- banda l- oħra, meta l-kanali, il-katusi jew il-ventilaturi, ma jnaqqsux il-valur tad-dar jew ta’ dik il-parti tad-dar li fiha jkunu saru jew tqiegħdu, ma jkunx hemm lok għall-ħlas ta’ danni ħlief għal dawk it-tiswijiet li jkunu jinħtieġu minħabba t-tqegħid ta’ dawk il-kanali, katusi jew ventilaturi.
Għaldaqstant, il-fatt biss li tkun ġiet maħluqa servitù taħt dan l-artikolu ma jagħti jedd għall-ebda indennizz.
Huwa permess li bitha tissaqqaf b’saqaf fiss tal-hgieg?
Illum, il- ligi sanitarja tippermetti soqfa fissi tal-ħġieġ diment li tigi provduta ventilazzjoni mill-ġenb u ċertifikat minn Inġinier (li għandu il-warrant) b'dan illi jikkonferma li l- livelli ta’ ventilazzjoni huma accettabli skont l-istandards rikonoxxuti tal-bini.
Hemm xi ligi li tirregola l- kobor ta’ l-aperturi f' kaz ta' spazji abitabbli?
Kull spazju abitabbli għandu jkollu apertura esterna kumulattiva b’area minima ta’ mill-inqas metru kwadru. B’dan ukoll illi ebda ħaga sporġuta m’għandha tkun permessa fuq aperturi b’area kumulattiva ta’ inqas minn metru kwadru.