Hemm xi regoli dwar kemm tista' toħroġ ‘il barra gallarija?
Il-policies ta' l-ippjanar jgħidu dan:
'No projection will be allowed on the façade of the building if the resulting clear width of the existing street (measured between balcony projections) will be less than 4.1 metres.
The maximum allowable projection will vary depending on whether the balcony is open or closed.'
F' każ ta' 'Open balconies' jingħad hekk:
'The maximum projection of 1.5 metres from the façade will only be allowed where there is a 3-metre front garden or a pavement having a width of 2.5 metres.
For front gardens that have a width of ‘x’ metres that is less than 3 metres, the maximum balcony projection will be worked out at a relative ratio of x/3.
Where there is no front garden or the pavement has a width of less than 2.5 metres, the maximum projection will not exceed 1 metre.’
F'każ ta' żoni antiki jingħad hekk:
'Within Urban Conservation Areas, the maximum projection shall not exceed 0.75 metres.'
F'każ ta' 'Closed balconies' jingħad hekk:
'Closed balconies shall not project more than 0.6 metres from the façade when there is no front garden, and 1 metre from the façade when there is a 3-metre front garden.'
Imbagħad hemm dir-regola ġenerali:
'In both open and closed balconies, corbels or any other overhanging elements are not to exceed a depth of one course.'
F'każ ta' villel, tapplika dir-regola:
‘A balcony on the side and back elevations of a semi-detached or detached dwelling will only be permitted where the curtilage is wide enough so that the front edge of the balcony is at least 3 metres away from the property boundary line.'
Hemm xi tipi ta’ xogħlijiet li ma jaqgħux taħt l-Avviż Legali 136/19? Xi jrid isir f’dan il-każ?
Iva. Is-segwenti xogholijiet ma jikkwalifikawx fit-termini ta’ l-AL136/19:
(i) Skavar li ma jolqotx iż-żona affettwata (iz-żona madwar l-iskav, li tasal sa distanza ta’ mhux aktar minn qies ekwivalenti għall-għoli propost ta l-iskav, ‘il bogħod mil-limiti tal-iskav) vis a vis proprjetà ta’ terzi;
(ii) Id-demolizzjoni jew tneħħija ta’ kull struttura eżistenti, jew bejt jew struttura li ma tmissx mal-limiti ta’, jew mhix biswit jew sottostanti jew sovrastanti xi proprjetà ta’ jew okkupata minn terzi persuni;
(iii) Meta il-bini ta’ sulari addizzjonali jew ħitan ta’ sapport jew strutturi ma jkunux fuq xi proprjetà ta’ jew okkupata minn terzi persuni;
(iv) Meta il-kostruzzjoni ta’ bini ġdid jew sulari addizzjonali ma jmissux proprjetà eżistenti ta’ terzi persuni.
F’dawn il-każijiet, il-perit għandu jagħmel dikjarazzjoni li tispjega li x-xogħol ma jaqax taħt Regolament 4 ta’ l-AL136/19 u b’hekk ikun qed jitlob eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ l-AL136/19.
Kif nista’ nkun naf jekk il-proġett tiegħi jaqax taħt l-Artiklu 26?
Dan l-artiklu jirreferi għal dawk ix-xogħlijiet li minkejja li strettament jikkwalifikaw fit-termini ta’ l-Artiklu 4, fil-fehma tal-perit tal-proġett dawn xorta waħda mhux se jaffettwaw proprjetajiet ta’ terzi, ħlief għal xi ħsarat minuri. F’dawn il-każijiet, il-perit jista’ jipproċedi bix-xogħol minnufih wara li jissottometti dikjarazzjoni f’dan is-sens.
F’liema każijiet tapplika Formularja A f’relazzjoni mal-Artiklu 25?
Din il-formularja tista’ tintuża meta l-perit ikollu raġunijet li jiġġustifikaw eżenzjoni mis-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni tal-metodu ġdida u/jew rapporti tal-kundizzjoni ġodda u/jew polza tal-assigurazzjoni ġdida u garanzija bankarja ġdida. Dan jgħodd ħafna drabi għal xogholijiet li kienu nbdew taħt ir-rekwiżiti ta’ LN 72/2013, u fejn il-perit jemmen skont il-professjoni tiegħu li x-xogħlijiet li fadal isiru mhux se jaffettwaw ir-relevanza tad-dokumenti sottomessi.
Tajjeb jingħad li dawn l-eżenzjonijiet japplikaw biss għal dawk li baqagħlhom biss jew ser jagħmlu biss kostruzzjoni, u mhux f’każijiet fejn għad iridu jsiru xogħlijiet ta’ demolizzjoni u/jew skavar. Qabel ix-xogħol ikompli, jeħtieġ però li d-Direttur tal-BRO japprova t-talba u jinnotifika lill-perit.
F’liema każijiet tapplika Formularja B f’relazzjoni mal-Artiklu 25?
Din il-formularja tista’ tintuża meta l-perit jiċċertifika li għalkemm il-proġett ma jaqax taħt Artiklu 26, ma hemmx ħtieġa li l-kuntrattur japponta Site Technical Officer. Tali talba tintlaqa’ biss f’każijiet ta’ kostruzzjoni, u mhux f’każijiet ta’ demolizzjoni u/jew skavar.
F’każ ta’ sottomissjoni ta’ l-imsemmija Formularja B, il-perit u l-bennej jassumu l-obbligi u r-responsabilitajiet li hemm fil-Kodiċi Ċivili u l-kuntrattur, li jista’ jkun il-bennej stess, jassumi r-responsabilitajiet kif spjegati f’LN 293/16.
Qabel ix-xogħol ikompli, jeħtieġ però li d-Direttur tal-BRO japprova t-talba u jinnotifika lill-perit.
F’liema każijiet tapplika Formularja Ċ f’relazzjoni mal-Artiklu 25?
Din il-formularja tista’ tintuża fejn teżisti urġenza biex ix-xogħlijiet isiru minħabba riskju eżistenti fuq proprjetajiet ta’ terzi, liema riskju jista’ jiżdied jekk ikun hemm dewmien.
F’dawn il-każijiet, il-perit irid jimla il-formularja li tissejjaħ ‘Request to effect emergency works’.
Fost oħrajn, dawn il-każijiet jinkludu t-tneħħija jew it-tibdil ta’ strutturi perikolużi, tlestija tax-xogħlijiet ta’ skavar fejn jidher li t-twaqqif tax-xogħol joħloq instabilità, tqegħid ta’ strutturi biex jappoġġjaw ħitan li għadhom mhumiex sodi mingħajr l-istruttura tas-saqaf u każijiet oħrajn simili.
Qabel ix-xogħol ikompli, jeħtieġ però li d-Direttur tal-BRO japprova t-talba u jinnotifika lill-perit.
Kif għandhom jiġi sottomessi dawn id-dikjarazzjonijiet u formularji?
Dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi permezz tal-faċilità tal-eApps tal-Awtorità tal-Ippjanar u għandu jintuża n-numru tal-każ tal-PA (PA Number) tal-proġett innifsu. Dan għandu jiffaċilita l-aċċess għall-pubbliku u l-ipproċessar tad-dokumenti mill-BRO.
Il-perit diġà ħejja method statement, condition reports u ġiet sottomessa garanzija u insurance taħt il-liġi preċedenti. Jista’ l-perit jitlob xi forma ta’ eżenzjoni mir-regolamenti l-ġodda?
L-Artikolu 25 jgħid hekk:
‘Ix-xogħlijiet ta’ skavar, demolizzjoni u kostruzzjoni li jkunu nbdew imma mhux lesti fid-data tal-25 ta’ Ġunju 2019 kif ukoll dawk ix-xogħlijiet ta’ skavar, demolizzjoni u kostruzzjoni li għad iridu jinbdew, jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
Iżda d-Direttur dwar ir-Regolament tal-Bini jirriserva d-dritt li jagħti l-ordnijiet xierqa skont l-esiġenzi u n-natura tas-sit partikolari.’
Dan ifisser li meta l-perit tal-proġett ikun diġà ssottometta method statements flimkien mal-condition reports u l-garanziji relattivi taħt il-liġi preċedenti, huwa jista’ jitlob lid-Direttur permezz tal-formola appożita fuq is-sistema tal-eapps li jixtieq iżomm ferm ma’ dawk id-dokumenti.
F’dak il-każ, il-perit tal-proġett għandu jindika għaliex ma jixtieqx jimxi mar-regolamenti viġenti u jipproponi safety method of works lid-Direttur permezz tal-formola appożita fuq is-sistema tal-eapps u jinkludi d-dettalji tal-persuni differenti li se jkunu responsabbli għat-twettiq tal-proġett, il-kompetenzi relattivi tagħhom flimkien mar-responsabilitajiet li dawn se jassumu għat-twettiq tax-xogħlijiet.
Il-perit għandu wkoll jippreżenta dikjarazzjoni min-naħa ta’ dawn il-persuni li huma fehmu l-portata tar-responsabilitajiet tagħhom kif kontenuta fil-formola appożita.
F’dan il-każ, il-perit għandu jistenna risposta mingħand id-Direttur dwar ir-Regolament tal-Bini li, skont l-Artikolu 25, għandu d-dritt li jagħti l-ordnijiet xierqa skont l-esiġenzi u n-natura tas-sit partikolari.
Għal xogħol ġdid, jista’ l-perit jagħżel li jiddipartixxi mill-iskedi?
L-Artikolu 25 jgħid hekk:
‘Ix-xogħlijiet ta’ skavar, demolizzjoni u kostruzzjoni li jkunu nbdew imma mhux lesti fid-data tal-25 ta’ Ġunju 2019 kif ukoll dawk ix-xogħlijiet ta’ skavar, demolizzjoni u kostruzzjoni li għad iridu jinbdew, jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
Iżda d-Direttur dwar ir-Regolament tal-Bini jirriserva d-dritt li jagħti l-ordnijiet xierqa skont l-esiġenzi u n-natura tas-sit partikolari.’
Dan ifisser li l-perit tal-proġett dejjem jista’ jipproponi safety method of works alternattiv anke jekk dan ma jkunx konsonanti ma’ dak li hemm fl-iskedi tar-Regolamenti.
F’dak il-każ, il-perit tal-proġett għandu jindika għaliex ma jixtieqx jimxi ma’ dak li jridu l-iskedi u jipproponi safety method of works alternattiv lid-Direttur permezz tal-formola appożita fuq is-sistema tal-eapps u jinkludi d-dettalji tal-persuni differenti li se jkunu responsabbli għat-twettiq tal-proġett, il-kompetenzi relattivi tagħhom flimkien mar-responsabilitajiet li dawn se jassumu għat-twettiq tax-xogħlijiet.
Il-perit għandu wkoll jippreżenta dikjarazzjoni min-naħa ta’ dawn il-persuni li huma fehmu l-portata tar-responsabilitajiet tagħhom kif kontenuta fil-formola appożita.
F’dan il-każ, il-perit għandu jistenna risposta mingħand id-Direttur dwar ir-Regolament tal-Bini li, skont l-Artikolu 25, għandu d-dritt li jagħti l-ordnijiet xierqa skont l-esiġenzi u n-natura tas-sit partikolari.
Jekk ix-xogħol huwa ta’ natura żgħira, ir-regolamenti l-ġodda japplikaw?
Jekk il-perit tal-proġett jiċċertifika, wara li jagħti raġunijiet ċari, li l-‘interventi strutturali’ ma jaffettwawx binjiet ta’ terzi, ma hemmx ħtieġa bil-liġi li jsiru condition reports, method statements, garanziji bankarji u insurances. Dan abbażi tar-Regolament 26.
Xi jfissru l-kliem ‘interventi strutturali’?
‘Interventi strutturali’ huma dawk l-interventi kontemplati fil-permess ta’ żvilupp u li huma ta’ natura permanenti. Per eżempju: twaqqigħ ta’ bini, skavar ta’ sit, kostruzzjoni ta’ ħajt u ftuħ ta’ travu.
Jista’ l-perit jagħmel użu minn Regolament 26 u fl-istess ħin jordna li jkun hemm contractor all risk insurance?
Għalkemm il-liġi ma tobbligax dan, meta perit jiċċertifika li l-interventi strutturali ma jaffettwawx binjiet ta’ terzi fit-termini tar-Regolament 26, xejn m’għandu jwaqqaf lill-perit bħala ‘missier tajjeb tal-familja’ (bonus paterfamilias) li jagħti parir lill-iżviluppatur li jipprokura contractor all risk insurance sabiex tilqa’ għal dawk ir-riskji li dejjem jista’ jkun hemm, inkluż ħsarat ta’ natura minuri.
X’inbidel bil-liġi l-ġdida?
L-obbligu li jitħejja method statement għad-demolizzjoni/skavar/bini għadu hemm;
L-obbligu li jitħejjew condition reports għall-proprjetajiet kontigwa, liema rapporti jridu jintbagħtu lill-ġirien konċernati bil-posta reġistrata għadu hemm;
L-obbligu li jkun hemm insurance u/jew garanzija (diment li l-insurance ma tkoprix minor damages) għadu hemm;
L-obbligu li jkun hemm insurance u/jew garanzija (diment li l-insurance ma tkoprix minor damages għadu hemm);
Ir-responsabilità tal-kontenut tal-method statement għadha tal-perit li jħejjiha;
L-infurzar tal-method statement hi tas-site technical officer, dak li qabel kien site manager. Din il-persuna għandha: (a) tiġi nominata mill-kuntrattur u għandha tiġi approvata mill-perit tal-proġett, (b) tkun kompetenti skont kif provdut fit-Tielet Skeda – sa issa, perit (ċ) tkun responsabbli għall-infurzar tad-dikjarazzjoni tal-metodu għax-xogħlijiet li jkunu responsabilità tal-kuntrattur li nnominaha; u (d) trid tkun preżenti fuq is-sit kull meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw ir-riskju ta’ ħsara lil proprjetà ta’ terzi persuni jew korriment lil persuni li jistgħu jiġu kkawżati mix-xogħlijiet;
L-implimentazzjoni tal-miżuri tad-dikjarazzjoni tal-metodu baqgħet tal-kuntrattur;
Id-differenza llum hi li l-method statements u l-condition reports għandhom isiru skont kif hemm provdut fl-iskedi annessi mal-Avviż Legali;
Id-differenza llum hi li l-method statements u l-condition reports għandhom jiġu uploaded online u x-xogħol ma jibdiex qabel 15-il ġurnata minn mindu dawn jiġu uploaded. Dan sabiex il-pubbliku jista’ janalizza l-kontenut u joġġezzjona;
Id-differenza llum hi li l-kopertura tal-assigurazzjoni m’għandhiex tkun inqas minn seba’ mija u ħamsin elf ewro (€750,000) u għandha tibqa’ tiġi mġedda sa dak iż-żmien meta kull xogħol ta’ demolizzjoni, skavar jew kostruzzjoni jiġu ċertifikati bħala kompluti mill-perit tal-proġett.
Huwa veru li l-kuntrattur m’għadux responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà għall-użu ta’ apparat minn ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, bħal użu ta’ crane?
Le. Ir-Regolamenti tal-2016 dwar l-Apparat tax-Xogħol (Ħtiġiet Minimi għas-Saħħa u s-Sigurtà) għadhom hemm (Avviż Legali 293 ta’ l-2016). Dan ifisser, li indipendentement mill-Avviż Legali 136 tal-2019, min iħaddem għadu marbut bl-obbligi li jinsabu fir-Regolamenti tal-2016 dwar Apparat tax-Xogħol (Ħtiġiet Minimi għas-Saħħa u s-Sigurtà) [Avviż Legali 293 ta’ l-2016]:
• jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-apparat tax-xogħol ikunu adatti;
• jagħti informazzjoni lill-ħaddiema dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-apparat tax-xogħol;
• jagħti taħriġ lill-ħaddiema li jingħataw l-inkarigu li jużaw apparat tax-xogħol;
• isegwi bir-reqqa l-obbligi li jinsabu fl-iskedi tal-Avviż Legali 293 ta’ l-2016 (Ħtiġiet Minimi Dwar l-użu tal-apparat tax-xogħol). Dawn jinkludu iċ-ċertifikazzjoni tal-makkinarju li jintuża għall-irfigħ, bħal cranes.
Huwa veru li l-periti issa ġew responsabbli għall-makkinarju u l-impjegati tal-kuntrattur?
Le. Ir-Regolamenti tal-2016 dwar l-Apparat tax-Xogħol (Ħtiġiet Minimi għas-Saħħa u s-Sigurtà) għadhom fis-seħħ. (Avviż Legali 293 ta’ l-2016). Dawn ipoġġu l-oneru fuq ‘min iħaddem’.
Huwa biss l-infurzar tal-method statement li jrid jara s-site technical officer, dak li qabel kien site manager. Din il-persuna għandha: (a) tiġi nominata mill-kuntrattur u għandha tiġi approvata mill-perit tal-proġett, (b) tkun kompetenti skont kif provdut fit-Tielet Skeda tal-Avviż Legali 136 tal-2019 – sa issa, perit (ċ) tkun responsabbli għall-infurzar tad-dikjarazzjoni tal-metodu għax-xogħlijiet li jkunu responsabilità tal-kuntrattur li nnominaha; u (d) trid tkun preżenti fuq is-sit kull meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw ir-riskju ta’ ħsara lil proprjetà ta’ terzi persuni jew korriment lil persuni li jistgħu jiġu kkawżati mix-xogħlijiet.
Apparti l-Avviż Legali 136 tal-2019, hemm liġijiet oħrajn li jirregolaw is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fuq siti ta’ kostruzzjoni?
Ewlenin, insibu dawn:
Ir-Regolamenti tal-2016 dwar l-Apparat tax-Xogħol (Ħtiġiet Minimi għas-Saħħa u s-Sigurtà) għadhom fis-sehh. (Avviż Legali 293 ta’ l-2016). Dawn ipoġġu l-oneru fuq ‘min iħaddem’.
Ir-Regolamenti tal-2018 dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet Minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà tax-Xogħol f’Siti ta’ Kostruzzjoni) (Avviż Legali 88 tal-2018). Dan ir-Regolament jitkellem dwar il-ħtieġa li l-klijent jaħtar health and safety supervisor.
Il-Kodiċi tal-Pulizija jgħidu li ‘ħadd ma jista’ jaħdem is-sengħa ta’ bennej mingħajr liċenza mid-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi’ (Artikolu 95(1))
Min hu responsabbli li jara li ma jidħolx ilma tax-xita fil-fond ta’ taħt waqt li qed isiru x-xogħolijiet?
Regulation 5 (6) tal-Avviż Legali 72/13 jgħid hekk:
‘The developer shall take all reasonable precautions to ensure that the construction activity will not result in any damage to contiguous properties, including damage that may result from the infiltration of water.’
Essenzjalment id-developer huwa l-persuna li jikkumissjona x-xogħolijiet.
Jekk wieħed iqabbad ma’ ħajt diviżorju mingħajr kunsens tal-ko proprjetarji, dak jammonta għal spoll?
Dan il-punt ġie diskuss fis-sentenza fl-ismijiet Refalo vs Rapa et, deċiża fl-20 ta’ Marzu 1995. F’dn l-istess sentenza , il-Qorti għamlet is-segwenti osservazzjonijiet:
“Fil-petizzjoni tal-Appell, l-appellanti għamlu riferenza għal sentenza mogħtija mill-Onorabbli Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili in re Saċerdot Carmelo Gauci vs Michele Zerafa, (Vol. XXIV-II-451), fejn intqal dan li ġej: “nel fatto il convenuto ha elevato il detto muro divisorio comune senza il consenso e malgrado il rifiuto dell’attore: ma anche` qui, per le stesse ragioni sopra espresse, il convenuto non ha con cio` commesso spoglio in modo da intitolare l’attore a chiedere la demolizione del sovralzarnento poiche` gli stessi diritti che l’attore aveva per la comunione del muro sono rimasti illesi, e la legge gli concede il diritto tanto di risarcimento dei danni che nel fatto dell’inalzamento egli venisse a sofrire, come pure quello di acquistare la comunione della porzione sovra elevata”;
Il-Qorti imbagħad kompliet tgħid hekk:
“Din il-Qorti jidhrilha li din iċ-ċitazzjoni minn din is-sentenza appena msemmija tikkristallizza proprju l-pożizzjoni legali. Il-liġi ma tirrikjedix proċedura partikolari biex ħajt li jkun diġa` mibni u li huwa possibbli li jiġi rez in komun, jiġi effettivament rez komuni. Hija forsi l-kortesija, il-kostumi salutari ta’ bwon viċinat u raġunijiet oħra li jagħmluha rakkommandabbli li qabel ma persuna tirrendi ħajt in komun tinforma lill-proprjetarju b’din l-intenzjoni, pero`, dana m’huwiex rikjest ad hoc mil-liġi, li anqas, s’intendi, għalhekk, ma tirrikjedi xi formalita` partikolari jew illi qabel għandu jiġi ottenut il-permess jew il-kunsens tas-sid. Ir-raġuni għal dan hija ovja, u cioe` li meta persuna tibni ħajt li minnu nnifsu jista’ jiġi rez in komun eventwalment, dan huwa stat ta’ fatt illi dak li jkun jidħol fih konsapevolment.
Isegwi wkoll għalhekk illi l-proprjetarju tal-art adjaċenti li jkun irid jirrendi dak il-ħajt in komun u li għandu dritt jirrendih in komun, kull ma għandu jagħmel huwa proprju jagħmel dak l-att fiżiku illi permezz tiegħu jirrendih in komun. Ma jkun qiegħed ineħħi xejn mill-pussess – għaliex hawnhekk qegħdin in materja ta’ pussess wara kollox – tal-proprjetarju ta’ dak li kien sa dak iż-żmien proprjetarju assolut u uniku tal-imsemmi ħajt, għaliex il-pussess hemm kien u hemm jibqa’, ħlief li issa se jkun hemm ko-pussessur. Pero`, ċertament m’hemmx dak l-ispossessament li jikkaratterizza ċirkostanzi li jwasslu biex tkun tista’ ssir l-actio spolli. Il-pożizzjoni għalhekk kif taraha din il-Qorti hija waħda sempliċi, u cioe`, illi l-fatt li persuna mingħajr ma tkun avżat lill-proprjetarju ta’ ħajt, iżda li jkollha dritt legali li tirrendi dak il-ħajt komuni, taqbad u jew tappoġġja jew tibni fuq dak il-ħajt biex tirrendih komuni, ma jwassal qatt għall-konsegwenzi ta’ spoll kif qed jippretendi l-attur iżda semai jista’ jagħti biss drittijiet lil dak li jkun li jittutela dak li għandu dritt għalih bħalma ġie osservat fil-bran ċitat mis-sentenza msemmija u li jiżġura li ma jkunx hemm ħsara. Pero` din il-Qorti ma tarax li jista’ jikkonfigura l-ispossessament li hu r-rekwiżit prinċipali fil-każijiet ta’ spoll.”
Hemm xi rapporti li jridu jitħejjew mill-perit meta se jsiru xogħolijiet ta’ kostruzzjoni?
L- AVVIŻ LEGALI 72 TA’ L-2013 jipprovdi li f’każ ta’ xogħlijiet ta’ demolizzjoni, il-perit għandu jħejji d-dikjarazzjoni tal- metodu li għandha tqis il-kundizzjoni strutturali tal-kostruzzjoni nnifisha u ta’ strutturi kontigwi, is-sekwenza tax-xogħol, it-tip ta’ għodda, apparat u makkinarju li ser jintużaw, u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu f’kull stadju biex jipprovdu għal dawk is- salvagwardji li għandhom jiġu adottati kwantu s-segwenti:
1. Kontra instabbilità tal-istruttura;
2. Għal partijiet minnha li qed jiġu mwaqqgħin;
3. Għal kwalunkwe struttura kontigwa;
4. Għas-sigurtà tal-ħaddiema;
5. Għas-sigurtà ta’ terzi persuni.
Ir-Regolament 9 ta’ dan l-imsemmi Avviż irid li id-dikjarazzjoni tal- metodu (method statement) jitħejja mill-perit responsabbli b’kollaborazzjoni mal- manager tas-sit u l-kuntrattur. Id-dikjarazzjoni tal- metodu għandha tindika:
1. Id-data tal-bidu tax-xogħlijiet;
2. Id-dettalji tal-persuna li qegħda tikkummissjona x-xogħlijiet;
3. Id-dettalji tal-kuntrattur u ta’ kull subkuntrattur;
4. In-numru tal-permess għall-iżvillup jew kull awtorizzazzjoni oħra minn awtoritajiet pubbliċi, fejnhu meħtieġ;
5. Pjanta tal-posizzjoni tas-sit u ritratt tas-sit;
6. Rapport ta' kundizzjoni (condition report) li jinkorpora ritratti tal-proprjetajiet li huma kontigwi mas-sit tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni;
7. Skavar, demolizzjoni jew proċeduri ta’ kostruzzjoni li qed jiġu adottati, inkluża informazzjoni li hija rilevanti biex tissalvagwardja l-istabbilità tax-xogħlijiet li nbdew, u l-istabbilità ta’ struttura jew art kontigwa skont il-każ;
8. Pjanti u sezzjonijiet tax-xogħlijiet ppjanati, aċċess għas-sit u kull informazzjoni oħra li d-Direttur jista’ minn żmien għal żmien jitlob;
9. It-tip ta’ krejn li ser jintuża, il-lok fejn dan ser jintrama, il-metodoloġija ta’ kif ser jintrama, informazzjoni dwar il- kundizzjoni tal-art, u informazzjoni oħra relatata mal-krejn li tista’ tkun relevanti. Ċertifikati ta’ ispezzjoni tal-krejn għandhom jiġu sottomessi ukoll.
Hemm xi rapporti li jridu jitħejjew mill-perit meta se jitħaffer sit? Hemm xi regoli dwar makkinarju li jista’ jintuża?
L-AVVIŻ LEGALI 72 TA’ L-2013 jipprovdi li meta l-iskavar se jeċċedi fond ta’ 3 metri, qabel ma jinbeda’ xi skavar fil-blat fuq is-sit ta’ żvilupp, l-iżviluppatur huwa meħtieġ li jagħmel investigazzjoni ġeoloġika xierqa taż-żona li tkun ser tiġi skavata. Huwa veru li l-investigazzjoni ġeoloġika tista’ issir wara d- demolizzjoni tal-bini sovrastanti ż-żona li tkun ser tiġi skavata iżda il-liġi trid ukoll li qabel ma jinbdew ix-xogħlijiet ta’ skavar, l-iżviluppatur għandu jissottometti r-riżultati tal-investigazzjoni lid- Direttur responsabbli għall-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini u, jekk ikun hemm il-bżonn, dikjarazzjoni tal-metodu emendata bbażata fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni. Mingħajr preġudizzju għar-regola taż-żewġ piedi u nofs, f’każ ta’ skavar f’żoni li jinsabu sa distanza ta’ 5 metri mill-konfini ta’ sit kontigwu, u li jinvolvi l-użu ta’ magna għat-tħaffir b’martell idrawliku anness jew drill pnewmatiku, il-kuntrattur għandu jiskava trinka permezz ta’ trencher sa fond ta’ mill-anqas 1.5 metri. Il-pożizzjoni tat-trinka għandha tkun b’mod li l-vibrazzjoni mill-apparat tal-iskavar li jilħaq l-konfini tas-sit jinżammu għall-minimu. Għal dan il-għan, it-trinka għandha tkun bejn il-magna tat-tħaffir u dik il-parti tal-konfini tas-sit li qegħda sa 5 metri mill-magna tat-tħaffir.
Il-liġi li ma tistax tħaffer entro żewġ piedi u nofs għadha tgħodd?
L-Artikolu 439 tal-Kodiċi Ċivili għadu jgħodd. Dan huwa kategoriku fis-sens li jipprojbixxi li jsir tħaffir fil-viċinanzi ta’ ħajt. It-tneħħija ta’ saffi, anke jekk ħamrija, huwa “tħaffir” li ma jistax isir skont il-liġi. F’dan il-kuntest, issir riferenza għas-sentenza studjata u riċerkata li tat il-Prim’ Awla fil-kawża “Mangion vs Borg” fit-3 ta’ Frar, 1983. Fiha ntqal li “l-artikolu 476 (illum 439) jistabilixxi f’termini ġenerali a rigward ta’ kull speċi ta’ fond id-distanza li għandha tiġi osservata fi kwalunkwe tħaffir, ikun x’ikun l-oġġett ta’ dak it-tħaffir.” Din id-distanza ta’ żewġ piedi u nofs ġiet stabbilita b’mod kategoriku u għandha dejjem tiġi osservata, u l-viċin għandu dritt jitlob li tiġi osservata din id-distanza anke jekk ma jippruvax danni.
Jeżistu regolamenti/liġijiet dwar miżuri li jridu jittieħdu waqt twaqqigħ ta’ bini?
L-AVVIŻ LEGALI 72 TA’ L-2013 jipprovdi li f’każ ta’ xogħlijiet ta’ demolizzjoni, id-dikjarazzjoni tal- metodu għandha tqis il-kundizzjoni strutturali tal-kostruzzjoni nnifisha u ta’ strutturi kontigwi, is-sekwenza tax-xogħol, it-tip ta’ għodda, apparat u makkinarju li ser jintużaw, u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu f’kull stadju biex jipprovdu għal dawk is- salvagwardji li għandhom jiġu adottati:
• Kontra instabbilità tal-istruttura;
• Għal partijiet minnha li qed jiġu mwaqqgħin;
• Għal kwalunkwe struttura kontigwa;
• Għas-sigurtà tal-ħaddiema;
• Għas-sigurtà ta’ terzi persuni.
Meta huwa bżonjuż method statement?
L-AVVIŻ LEGALI 72 TA’ L-2013 (Ir-regolament 9) irid li qabel jibdew kwalunkwe xogħolijiet għandu jitħejja dikjarazzjoni tal-metodu (method statement). Dan l-istatement għandu jitħejja mill-perit responsabbli b’kollaborazzjoni mal- manager tas-sit u l-kuntrattur. Id-dikjarazzjoni tal- metodu għandha tindika:
• Id-data tal-bidu tax-xogħlijiet;
• Id-dettalji tal-persuna li qegħda tikkummissjona x-xogħlijiet;
• Id-dettalji tal-kuntrattur u ta’ kull subkuntrattur;
• In-numru tal-permess għall-iżvillup jew kull awtorizzazzjoni oħra minn awtoritajiet pubbliċi, fejnhu meħtieġ;
• Pjanta tal-posizzjoni tas-sit u ritratt tas-sit;
• Rapport ta’ kundizzjoni (condition report) li jinkorpora ritratti tal-proprjetajiet li huma kontigwi mas-sit tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, fosthom dik tal-mittenti;
• Skavar, demolizzjoni jew proċeduri ta’ kostruzzjoni li qed jiġu adottati, inkluża informazzjoni li hija rilevanti biex tissalvagwardja l-istabbilità tax-xogħlijiet li nbdew, u l-istabbilità ta’ struttura jew art kontigwa skont il-każ;
• Pjanti u sezzjonijiet tax-xogħlijiet ppjanati, aċċess għas-sit u kull informazzjon i oħra li d-Direttur jista’ minn żmien għal żmien jitlob;
• It-tip ta’ krejn li ser jintuża, il-lok fejn dan ser jintrama, il-metodoloġija ta’ kif ser jintrama, informazzjoni dwar il- kundizzjoni tal-art, u informazzjoni oħra relatata mal-krejn li tista’ tkun relevanti. Ċertifikati ta’ ispezzjoni tal-krejn għandhom jiġu sottomessi ukoll.
Jeżistu regolamenti/liġijiet dwar miżuri li jridu jittieħdu waqt tħaffir ta’ siti?
L-AVVIŻ LEGALI 72 TA’ L-2013 irid li meta l-iskavar se jeċċedi fond ta’ 3 metri, qabel ma jinbeda’ xi skavar fil-blat fuq is-sit ta’ żvilupp, l-iżviluppatur huwa meħtieġ li jagħmel investigazzjoni ġeoloġika xierqa taż-żona li tkun ser tiġi skavata. Huwa veru li l-investigazzjoni ġeoloġika tista’ issir wara d- demolizzjoni tal-bini sovrastanti ż-żona li tkun ser tiġi skavata izda il-ligi trid ukoll li qabel ma jinbdew ix-xogħlijiet ta’ skavar, l-iżviluppatur għandu jissottometti r-riżultati tal-investigazzjoni lid- Direttur responsabbli għall-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini u, jekk ikun hemm il-bżonn, dikjarazzjoni tal-metodu emendata bbażata fuq ir-riżultati tal-investigazzjoni. Minghajr pregudizzju ghar-regola taz-zewg piedi u nofs, f’kaz ta’ skavar f’żoni li jinsabu sa distanza ta’ 5 metri mill-konfini ta’ sit kontigwu u li jinvolvi l-użu ta’ magna għat-tħaffir b’martell idrawliku anness jew drill pnewmatiku, il-kuntrattur għandu jiskava trinka permezz ta’ trencher sa fond ta’ mill-anqas 1.5 metri. Il-pożizzjoni tat-trinka għandha tkun b’mod li l-vibrazzjoni mill-apparat tal-iskavar li jilħaq l-konfini tas-sit jinżammu għall-minimu. Għal dan il-għan, it-trinka għandha tkun bejn il-magna tat-tħaffir u dik il-parti tal-konfini tas-sit li qegħda sa 5 metri mill-magna tat-tħaffir.
Il-KODIĊI ĊIVILI jitkellem ukoll f’dan ir-rigward. L- Artikolu 439 tal-Kodici Civili huwa kategoriku fis-sens li jipprojbixxi li jsir tħaffir fil-viċinanzi ta’ ħajt. It-tneħħija ta’ saffi, anke jekk ħamrija, huwa “tħaffir” li ma jistax isir skont il-liġi. F’dan il-kuntest, issir riferenza għas-sentenza studjata u riċerkata li tat il-Prim’ Awla fil-kawza “Mangion vs Borg” fit-3 ta’ Frar, 1983. Fiha ntqal li “l-artikolu 476 (illum 439) jistabilixxi f’termini generali a rigward ta’ kull speci ta’ fond id-distanza li ghandha tigi osservata fi kwalunkwe thaffir, ikun x’ikun l-oggett ta’ dak it-thaffir.” Din id-distanza ta’ żewġ piedi u nofs ġiet stabbilita b’mod kategoriku u għandha dejjem tiġi osservata, u l-viċin għandu dritt jitlob li tiġi osservata din id-distanza anke jekk ma jippruvax danni.
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu soqfa?
• Ftakar li x-xorok huma suġġetti għal qsim immedjat (brittle failure).
• Qatt tgħabbi xorok b’torba jew piżijiet addizzjonali aktar minn dak maħsub għalih.
• Qatt tuża puntali direttament fuq/taħt xorok. Dejjem uża twavel u/jew travi addizjonali sabiex tifrex il-piż.
• Qatt tirfes direttament fuq ix-xriek. Uża twavel sabiex tifrex il-piż kemm tista’.
• Dejjem arma saqaf temporanju qabel jitneħħew soqfa. Ara li dan ikun approvat minn persuna kompetenti qabel jintuża.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu travi?
• Dejjem iċċekkja sew travi għal difetti bħal qsim, kurvaturi, susa, effetti tal‑ilma jew sadid.
• Ftakar li l‑penetrazzjoni tal‑ilma mis‑soqfa jew ħitan tagħmel ħafna ħsara lit‑travi, kemm dawk tal‑injam u dawk tal‑azzar.
• Dejjem neħħi travi primarji (primary elements) wara dawk sekondarji (secondary beams).
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu ftuħ ta’ aperturi?
• Dejjem iċċekkja jekk jeżistux fetħiet addizzjonali fis‐sulari soprastanti ta’ fejn hu propost il‐ftuħ il‐ġdid. Uża għeluq temporanju u kunjardi fejn hemm bżonn.
• Dejjem ara li soqfa li qed iserħu fuq ħitan li fuqhom ser isir ix‐xogħol għandhom sapport adegwat temporanju sakemm isir ix‐xogħol propost.
• Dejjem uża kunjardi u suletti kif meħtieġ skont is‐sengħa tal‐bini.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu gallariji?
• Dejjem irfed u pprovdi sapport temporanju, li jkun approvat minn persuna kompetenti, taħt gallariji u saljaturi qabel ma ssir demolizzjoni jew interventi oħra fihom.
• Qatt tassumi li gallariji għandhom kontrapiż adegwat. Ħu prekawzjonijiet addizjonali f’każ ta’ bżonn sabiex tassigura l‐istabilità tal‐istruttura.
• Dejjem iċċekkja għall‐preżenza ta’ asbestos f’gallariji antiki. Informa persuna teknika dwar miżuri sabiex jitneħħa dan il‐materjal b’mod adegwat.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu arkati?
• Dejjem uża sapport taħt is‐samrotti qabel kull intervent f’arkati.
• Qatt tuża ktajjen/ħbula sabiex twaqqa’ arkati. Demolizzjoni ta’ elementi strutturali permezz ta’ ġbid tista’ twassal sabiex dawn l‐elementi jtiru mingħajr ebda kontroll.
• Dejjem agħti kas tal‐forzi laterali preżenti f’arkata. Qatt tneħħi arkati qabel ma jkun provdut irfid adegwat orizzontalment.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu turġien?
• Dejjem iċċekkja l‐istat tal‐pedati għal xi qsim viżibbli.
• Dejjem ipprovdi lqugħ temporanju taħt turġien li qed jiżżarmaw.
• Qatt toqgħod fuq turġien li jkunu qed jiżżarmaw iżda uża pjattaforma ta’ aċċess maġenb it‐taraġ.
• Dejjem żarma taraġ minn fuq billi tneħħi tarġa wara l‐oħra.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu elementi ta' konkrit rinfurzat?
• Dejjem iċċekkja l‐istat ta’ soqfa għal qsim sinjifikanti jew possibbilita’ ta’ korrużjoni (corrosion) fir‐rinforz tal‐konkrit. Titlax direttament fuq soqfa li potenzjalment jistgħu jaqgħu bik.
• Qatt tassumi li d‐direzzjoni tax‐xibka hi fil‐parti l‐qasira tas‐saqaf. Ikxef parti żgħira tar‐rinforz sabiex tiċċekkja.
• Qatt tgħabbi soqfa b’materjal jew piżijiet addizzjonali aktar minn dak maħsub għalih.
• Dejjem arma saqaf temporanju qabel jitneħħew soqfa. Ara li dan ikun approvat minn persuna kompetenti qabel jintuża.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu skavar u pedamenti?
• Dejjem itlob parir professjonali rigward is‐saħħa tal‐blat sabiex jiġu utilizzati pedamenti adegwati. Agħti kas ta’ fissuri u difetti oħra fil‐blat.
• Dejjem uża bażijiet apposta skont it‐tip ta’ materjal tal‐art.
• Qatt tiskava maġenb ħitan mingħajr ma tkun ivverifikajt l‐istabbilita’ tal‐bini tal‐maġenb.
• Ftakar li skont l‐obbligi tal‐Kodiċi Ċivili (Kap 16, 439), ħadd ma jista’ jħaffer fil‐fond tiegħu bjar, ġwiebi, jew latrini, jew jagħmel tħaffir ieħor għal kull ħsieb li jkun, f’bogħod ta’ anqas minn sitta u sebgħin (76) ċentimetru mill‐ħajt diviżorju.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu kantini w bjar?
• Dejjem iċċekkja għal preżenza ta’ kantini u/jew bjar taħt il‐pjan terran, speċjalment qabel isir xi rfid.
• Qatt tħalli bokok miftuħin u mingħajr sinjali ta’ identifikazzjoni.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu katusi/kanen tal-ilma?
• Dejjem iċċekkja għall‐preżenza ta’ asbestos u/jew ċomb f’katusi u kanen tal‐ilma. Dawn ġieli jinstabu f’bini antik. Informa persuna teknika dwar miżuri sabiex jitneħħa dan il‐materjal b’mod adegwat.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’kunsiderazzjonijiet dwar saħħa w sigurta’ għandhom jittieħdu meta x-xogħolijiet jinvolvu ħitan antiki?
Ħitan f’binjiet antiki jikkonsistu fi qxur separati ta’ xulliel fuq barra mimli b’mazkan bejn il-qxur.
Is-saħħa ta’ ħitan antiki tiddependi fuq il-ħxuna tal-ħajt u r-rabta (bond) bejn l-elementi tal-ġebel.
• Qatt iżżarma parti mill-ħajt (xulliel) u tħalli l-mazkan espost mingħajr sapport adegwat.
• Qatt tħalli l-wiċċ tal-ħajt mikxuf u espost għall-ilma. L-ilma jista’ jwassal għal pressjoni laterali (side thrust) li jwassal għal kollass.
• Dejjem iċċekkja jekk hemmx xi difetti fil-ħajt (qsim jew kurvaturi fil-ħajt (ħajt imżaqqaq), nuqqas ta’ invellar (lack of plumb)) eċċ.
• Dejjem iċċekkja x’piżijiet qed jerfa’ l-ħajt mis-sulari ta’ fuqu u l-kontribut ta’ elementi oħra strutturali (soqfa, travi, arkati eċċ) oħra sabiex ikun provdut irfid adegwat.
• Dejjem irfed qabel tagħmel xi interventi fil-faċċata jew ħitan interni.
Sors: Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
X’ tgħid il-liġi dwar ilmijiet tax-xita li jinġabru fuq il-bjut?
L-Art. 445 tal-Kap. 16 li jgħid:- “Kull sid għandu jibni l-bjut tal-bini tiegħu b`mod li l-ilma tax-xita ma jaqax fuq il-fond tal-ġar.” Din id-disposizzjoni tirreferi ghall-bini ta` bjut.
l-Art. 403 tal-Kap. 16 mill-banda l-oħra jgħid hekk:
“(1) Il-fondi f`invell aktar baxx huma suġġetti lejn il-fondi f` invell ogħla li jilqgħu l-ilmijiet u ħwejjeġ oħra li minn dawn inixxu jew jaqgħu waħidhom, mingħajr il-fatt tal-bniedem.
(2) Is-sid tal-fond aktar fil-baxx ma jista` jagħmel ebda ħaġa li tista` żżomm dik in-nixxiegħa jew twaqqigħ.
(3) Is-sid tal-fond aktar fil-għoli ma jista` lanqas jagħmel ebda ħaġa li tagħmel iżjed gravuża s-servitù tal-fond aktar fil-baxx.”
Fis-sentenza li tat din il-Qorti diversament preseduta fis-26 ta` Ġunju 2014 fil-kawża: Nazzareno sive Reno Micallef vs Paul Waldboth, ingħad illi :-
"fl-opinjoni ta` din il-Qorti, il-fatti kif fuq esposti ma jinkwadrawx ruhhom fl-ambiti tal-Artikolu 403 fuq citat, u dan stante li tali artikolu qed jirreferi ghall-servitujiet mahluqa mil-ligi, minhabba l-pozizzjoni tal-fondi rispettivi, kemm dominanti u kemm servienti, minghajr l-intervenzjoni tal-bniedem, mentri f`dan il-kaz jidher car li kien ir-rikorrenti li dderiga l-ilma minn fuq it-terrazzin tieghu ghall-fuq il-bejt tal-intimat."
Meta allura il-proprjeta` tinsab f`livell aktar baxx minn oħra u l-ilma li qed jinżel minn din ta’ l-aħħar huwa ilma li jnixxi waħdu “mingħajr il-fatt tal-bniedem”, japplika l- Artikolu 403.
Ma hemmx kwistjoni fejn l-ilma qed jaqa` għand l-attur permezz ta` kanali jew katusi iżda huwa ilma tax-xita li qed jaħbat mal-ħitan ġodda li tgħollew.
Il-Qorti tikkondividi l-konklużjonijiet tal-periti ġudizzjarji.
Ikkostatat l-osservazzjoni teknika illi meta r-riħ ikun ġej minn ċerta direzzjoni, jista` jkun hemm żieda fil-volum tal-ilma, iżda jiġri l-maqlub meta r-riħ ikun qed jonfoħ minn direzzjoni oħra.
It-tneħħija ta’ saff ħamrija ifisser li se jinġabar aktar ilma u allura se jiżdied is-servitu’?
Mhux dejjem. Wieħed irid jara ċ-ċirkustaznzi fl-assjem tagħhom.
Per eżempju, fil-kawża fl-ismijiet: Saviour Mallia et vs Jack Scerri, li kienet deċiża fit-28 ta` Ġunju 2000 il-Qorti ta’ l-Appell kienet rinfaċċjata b`ilment simili dwar li servitu` gravanti l-proprjeta` ta` l-atturi seta` kien aggravat bix-xogħlijiet tal-konvenut. F’dak il-każ, billi tneħħiet ħamrija, ġiet aggravata s-sitwazzjoni ta` l-atturi għaliex kien ser ikollhom jilqgħu għal aktar ilma milli kellhom jagħmlu qabel peress li tneħħa s-saff ta` ħamrija illi qabel kien jassorbi kwantita` ta` ilma. Il-Qorti pero ċaħdet it-talba ta` l-atturi peress li rriżulta li meta sar l-iżvilupp mill-konvenuti, minkejja li tneħħiet il-ħamrija, u minflok inbnew diversi djar, dawn kollha kellhom il-bjut tagħhom jaqilbu għal ġo katusi mgħoddija b`sistema illi jieħu l-ilma tal-bjut għat-triq jew inkella għal bjar. Għalhekk il-Qorti kkonkludiet li l-piż li jirċievu l-kwantita` ta` ilma illi qabel kien jipperkola minn ġol-ħamrija li jaqa` fuq il-blat kien ridott sostanzjalment għaliex għalkemm tneħħiet il-ħamrija, l-ilma li jaqa` fuq is-superfiċi żviluppata qed imur `l hemm mill-propjeta` tal-atturi.
Liema huma l-liġijiet li jirregolaw iċ-ċmieni?
Riferibilment għall- Kodiċi tal- Pulizija, wieħed isib is-segwenti Artikoli:
“128. Ħadd ma jista’ –
(a) jibni ċumnija, forn, jew forġa, ma’ ħajt, ukoll jekk dak il-ħajt ikun kollu ta’ proprjetà tiegħu, bejn fondi ta’ sidien diversi;
(b) jibni forn, fuglar, jew forġa, jew jagħmel użu minnhom, f’ebda post li minnu, minħabba li ma jkunx hemm ċumnija li tieħu d-duħħan għal fuq il-bejt ta’ dak il-bini, dak id-duħħan jista’ jmur fit-triq jew f’dar viċina, jew li juża dan il-forn, fuglar jew forġa b’mod li jkunu jdejqu jew ta’ inkonvenjent lill-ġirien.”
“129. Kull min għandu forn, ċumnija, jew ħanut tax-xogħol, li fihom isir użu ta’ nar, għandu jżomm indaf u fi stat tajjeb dan ilforn, ċumnija jew ħanut tax-xogħol, sabiex ineħħi kull periklu ta’ ħruq.”
Mill-banda l-oħra, il-policies ta’ l-ippjanar, eżattament P53 tad-Development Control Design Policy, Guidance And Standards 2015 tgħid hekk:
“In the design of chimneys or flues the main objective will be to limit the potential negative impacts that could be caused through the emission of smoke or fumes as well as the visual impact, particularly to neighbouring developments.
For this reason, the following provisions will apply for chimneys and flues – chimneys serving fireplaces that may be allowed on the roofs of residential developments and flues utilised in non-residential developments:
a) the height of the chimney/flue will be 3 metres above the highest roof of any building within a radius of 25 metres;
b) the chimney/flue shall not be so located or positioned on the roof of a building that it terminates within 4 metres of the windows of any residential property overlooking or adjoining the roof;
c) in new developments, the chimney/flue will be set back from the façade at least in line with the setback of the topmost floor in line with Policy P39; and
d) the design, location, dimensions, materials and colour of the chimney/flue will be appropriate to the building and to its broader context in such a manner that it does not detract from either the building’s appearance or the area’s visual quality.
The above provisions also apply in the case of chimneys and flues on buildings located Outside Development Zone.
Given the greater concern of the implications for flues and fume extraction in the case of cooking smells from restaurants, cafés, snack bars, take-aways and the like, and even more so where these uses are located under or adjoining dwellings, in addition to the above provisions the following considerations will also be taken on board in the design of commercial kitchen extract systems:
1) Filtered or unfiltered kitchen extract points will not discharge to, or terminate in a shaft, yard or any elevation which serves residential properties. The height of the flue will be 3 metres above the highest roof of any building within a radius of 25 metres.
2) The Authority shall require a report by a Warranted Mechanical Engineer, which shall recommend appropriate type of odour filtration equipment, based on a caseby- case risk assessment method.
Such a recommendation of type of filters and risk assessment shall be carried out in accordance to internationally available guidance documents.
The type of odour filtering equipment shall always be based on a risk assessment that considers the worst-case scenario of cooking type and discharge velocity.
The Authority will alternatively accept the use of filters that do not require external venting. Nevertheless, the use of such unvented kitchen extraction is to be accompanied by a design of a ventless system designed by a Warranted Mechanical Engineer in accordance to international guidelines. Such a system will also take into account whether the cooking ranges from where the extract hood is extracting are based on electrical or gas-fired appliances. Control on the environmental effects of the development and its operation will also be operated through the (separate but related) environmental permitting process.”
Meta japplika l-kunċett tal- każ fortuwitu?
Fis-sentenza Joe Caruana vs Philip Chircop & Sons Ltd et deciża fl-24 t’April 2015 intqal hekk: “….il-kunċett tal-każ fortuwitu jew forza maġġuri ma jseħħx meta għall-ħsara jkun ikkontribwixxa l-fatt, pożittiv jew negattiv, tal-bniedem. Skont il-prinċipju tad-dritt, biex ikun hemm il-każ fortuwitu mhux biżżejjed li jkun avveniment insolitu, sproporzjonat, u li jkun prodott mill-forzi tan-natura, imma jeħtieġ li jkun inevitabbli, b’mod li ma jistax jiġi evitat bid-diligenza ordinarja tal-“bonus pater familias”. Persuna ma tistax sempliċement tistrieħ fuq il-każ fortuwitu, jew forza maġġuri jew stat ta’ neċessita’ biex tiskolpa ruħha mill-ħtija meta teżisti l-kolpa anteċedenti”. (Ara deċiżjonijiet ta’ danni minn arma tan-nar waqt kaċċa Raymond Sammut vs Anthony Micallef deċiża fit-3 ta' Ottubru, 2008 (817/1999/1) PA – Imhallef G. Valenzia, u Carmela Fenech pro et noe vs Antonio Galea deċiża fl- 24 ta’ Mejju 1954 mill-Qorti ta’ l-Appell, u s-sentenza fl-ismijiet Mikiel Refalo pro et noe vs Pawlu Curmi deċiża fit-13 ta’ Jannar 1988 mill-Qorti ta’ l-Appell.
Għalhekk irid jintwera li d-dannu ma kienx ikkawżat minħabba ommissjoni tal-bniedem jew li ma jittieħdux rimedji u/jew miżuri ta’ prevenzjoni. Fil-każ ta’ fenomeni naturali li fuqha l-bniedem m’għandu ebda kontroll (bħax-xita), il-bniedem xorta għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jilqa’ għal tali fenomeni sa fejn hu raġonevolment possibbli.
Biex ikun hemm il-każ fortuwitu mhux biżżejjed li jkun hemm avveniment insolitu, sproporzjonat u li jkun prodott mill-forzi tan-natura, imma jeħtieġ li jkun inevitabbli b'mod li ma jistax jiġi evitat bid-diligenza ordinarja tal-bonus pater familias.
Xi tgħid il- liġi dwar ir-responsabbilta’ ta’ perit u/jew l-appaltatur?
L-Artikolu 1638 tal-Kodiċi Ċivili jagħmilha ċara li:
“(1) Jekk bini jew xogħol ieħor kbir ta' ġebel, mibni b'appalt, fi żmien ħmistax -il sena minn dakinhar li tkun tlestiet il-kostruzzjoni, jinqered, kollu jew biċċa minnu, jew juri li hemm periklu ċar li sejjer jiġġarraf minħabba difett fil-kostruzzjoni, jew ukoll minħabba difett tal-art, l-arkitett u l-appaltatur għandhom iwieġbu għal dan.
(2) L-azzjoni għall-ħlas tal-ħsara għandha titmexxa fi żmien sentejn minn dakinhar Ii jiġri xi wieħed mill-każijiet hawn fuq imsemmija”.
X’inhuma d-dmirijiet tal-perit?
1 Il-perit għandu jissorvelja adegwatament ix-xogħol in korso (ara Francesco Saverio Farrugia vs AIC Joseph A. Tonna, App Civ 25/03/1970 u Edward Theuma et vs John Saliba et, App Kum 17/11/1972);
2. Il-perit inkarigat mid-direzzjoni ta' bini hu obbligat jivverifika anke il-materjali li jkunu qegħdin jiġu wzati fil-bini (ara Avukat Dr. Carlo Moore nomine vs AlC Carmelo Falzon et, PA 04/11/1957);
3. Ir-responsabbilta’ tkun għal difett ta' kostruzzjoni, minbarra difett tal-art, u dak id-difett jista' jkun mhux biss xogħol ħażin imma anke xogħol eżegwit b'materjal ħażin (ara Rebecca Aquilina vs Giuseppe Sciortino et, App Kum 05/12/1955, Nobbli Gioacchino Attard Montalto vs Emmanuel Schembri et, App Kum 28/06/1957 u Emanuel Abela vs Perit Arkitett Fred Valentino et, App 04/12/1998);
X’għandu jkun il-grad tal- kolpa professjonali fil- każ ta’ perit?
Wieħed għandu jivvaluta l-kolpa fuq il-prinċipju tal-kolpa professjonali, fejn il-kolpa jeħtieġ Ii tkun inkurja gravi jew injoranza supine (ara Angelo Reitano et vs AIC Charles Cumbo, App Civ 31/05/1957, Bonsons Limited vs AIC Catherine Galea, 05/10/2001, Roderick Muscat et vs Perit Brian Ebejer, App Inf 06/10/2010 (mill-Alfabett tal-Kodiċi Ċivili. Imh. P. Sciberras. Vol Ap 301);
X’inhu l-obbligu tal-appaltatur?
Bħala l-ewwel prinċipju huwa dottrinalment u ġurisprudenzjalment riċevut illi l-appaltatur għandu l-obbligu li jeżegwixxi x-xogħol lilu kommess fis-sens li huwa għandu l-obbligu wkoll li jara li dan ix-xogħol ikun sejjer isir utilment u mhux b’mod li l-quddiem juri difetti. L-appaltatur li jeżegwixxi ħażin ix-xogħol li jifforma l-oġġett ta’ l-appalt huwa responsabbli għad-dannu kollu li jiġi minn dik l-eżekuzzjoni ħażina. Għax kif jinsab ritenut ukoll “f’każ bħal dan hu għandu mill-ewwel ma jagħmilx ix-xogħol jew ikollu jirrispondi għad-difetti li jiġu l-quddiem” (Mario Blackman vs Carmelo Farrugia et noe, Appell Kummercjali, 27 ta’ Marzu 1972).
Jekk il-perit japprova x-xogħol jew jagħmel xogħol għax gie sforzat mill-kommittent, ikun ifisser li l-appaltatur jiġi eżonorat?
Jekk ikun hemm l-approvazzjoni tax-xogħol jew l-appaltatur ikun mexa skond l-ispecifications jew l-istruzzjonijiet lilu mogħtija mill-kommittent, l-appaltatur jibqa’ obbligat u responsabbli li jagħti lill-appaltant opra sodisfaċenti, u ma jistax jallega li x-xogħol sar mhux sewwa għax hu għamlu kif ried il-kommittent, billi l-appaltatur hu obbligat jirreżisti għal kwalunkwe intromissjoni tal-kommittent.
Ħlas tal-prezz tal-appalt ifisser neċessarjament approvazzjoni tax-xogħol?
Il-ħlas tal-prezz tal-appalt jew il-ħlas akkont ma jfissrux neċessarjament approvazzjoni tax-xogħol jekk dan fil-fatt jirriżulta difettuż. Meta allura jirriżultaw difetti, l-appaltatur jitqies in kolpa minħabba inadempiment.
F’hiex tikkonsisti l-kolpa kontrattwali?
Il-kolpa kontrattwali hija dik li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ l-eżekuzzjoni, jew f’eżekuzzjoni ħażina, ta’ l-obbligazzjoni riżultanti mill-kuntratt. Effettivament, it-tutela akkordata mil-liġi lill-kommittent tinkwadra ruħha fl-ambitu ta’ dik ir-responsabilita’ kontrattwali normattiva minħabba inadempiment. Li jfisser li l-kommittent jista’ jopta li jaġixxi ġudizzjarjament jew bl-eżekuzzjoni speċifika ta’ l-appalt jew bl-azzjoni li twassal għar-riżoluzzjoni tal-kuntratt (Art. 1069(1) tal-Kodiċi Ċivili). Fil-każ il-wieħed jew l-ieħor, il-kommittent ikollu d-dritt jirreklama d-danni (Art. 1069(2)).
Tagħmel differenza jekk id-danni humiex ta’ natura serja jew le?
Jekk l-appaltant jallega li l-appaltatur minnu mqabbad jeżegwixxi x-xogħol ħażin, u fil-fatt ix-xogħol ikun fih xi difetti, dan m’hux biżejjed biex il-Qorti tiddikjara l-appaltatur responsabbli għad-danni; għax jekk id-difetti huma tali li fil-fehma tal-Qorti, u a sodisfazzjoni tagħha, ma jagħtux lok għad-danni, id-deklaratorja tar-responsabilita’ għad-danni m’hiex ammissibbli. U dan aktar u aktar jekk jittrapela li d-difetti riskontrati huma tant insinjifikanti u riparabbli malajr.
Dan ifisser li jekk kemm -il darba id-difetti ma jkunux essenzjali jew sostanzjali l-appaltant ma għandux dritt jitlob ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt iżda biss li jitlob li dawk id-difetti jiġu riparati jew l-appaltatur jaċċetta riduzzjoni fil-prezz. A contrario sensu meta d-difetti huma ta’ natura sostanzjali l-appaltatur mhux biss għandu jitqies inadempjenti imma wkoll li ma jkollux dritt li jippretendi li jirrimedja għad-difetti fl-eżekuzzjoni tax-xogħol.
Każ: L-appaltatur ma għamilx expansion joints fil- madum u kien hemm ċaqliq. Min biegħ il- madum forna l-kolla u mar fuq il- post qabel il- kolla nxtrat. Instab li l- kolla ma kenitx adegwata. Min hu responsabbli?
In principju, f’każ bħal dan, l-appaltatur huwa responsabbli għall-fatt li ma ħasibx biex jagħmel expansion joints biex ma ssirx ħsara fil-madum, u wkoll responsabbli għal taħlit ħazin tal-kolla li biha twahhal il-madum.
Min forna l- kolla huwa wkoll responsabbli li irrilaxxa kolla li ma kinitx l-iżjed waħda indikata għat-tip ta’ xogħol li kellu jsir dejjem jekk min forna l- kolla kien jaf fejn kienet se tiġi adoperata l-istess kolla stante li l-madum kien inxtara mingħandha u saħansitra kien mar fuq il-post fejn kien qed jiġi esegwit ix-xogħol.
Għalhekk ir-responsabbilita` ghad-danni subiti f’ kaz bħal dan għandha tinqasam.
Jista’ appaltatur jesonera ruħu mir-responsabbilta jekk is-sid jordnalu jmexxi bix-xogħol mhux skont is-sengħa?
L-appaltaturi ma jistgħux jeżoneraw ruħhom minn responsabbilita' għax-xogħol li għamlu kontra s-sengħa. L-appaltatur huwa dejjem responsabbli jippresta opra sodisfaċenti u obbligat jirreżisti kwalunkwe intromessjoni tal-kommittenti.
Anke kieku per eżempju s-sidien ikunu jafu bit-tqegħid ta' madum fuq xaħx imxarrab għasra u jridu huma stess jieħdu r-riskju, l-istess appaltaturi jibqgħu responsabbli għax dover tagħhom li jipprestaw opra sodisfaċenti u jirreżistu kwalunkwe intromissjoni ta' min jinkarigahom!
Il- kuntrattur għandu għalhekk jirreżisti kull indħil fil-xogħol tiegħu li jwasslu għall-bini li ma jkunx skont l-arti u s-sengħa.
X’ jistgħu ikunu r-raġunijiet għall- umdita’ fis-soqfa?
L- umdita’, fil- maġġoranza tal- każi, hi kawżata minn “seepage” ta’ l- ilma tax-xita jew minn xi katusi. Jista’ jkun każ li l- ilma jemerġi mill-fond adjaċenti. Jista’ jkun li l- ambjent huwa umduż, per eżempju fil- każ ta’ soqfa taħt l- art.
Min għandu jieħu ħsieb is-saqaf li jissepara żewġ fondi fuq xulxin?
In principju, iż-żewġ partijiet għandhom l-obbligu li jaraw li l-parti tagħhom tinżamm f’dak l-istat li ma jikkaġunaliex ħsara li biha tista’ tikkontribwixxi għall-ħsara tal-parti li tappartjeni lill-ħaddieħor.
Għaliex il- madum taċ-ċeramika jiddistakka ruhhu minn mal- ħajt?
Il-madum taċ-ċeramika jista’ biż-żmien jiddistakka, partikolarment jekk it-tajn fuq x’hiex ikun imqiegħed ma jkollux adeżjoni suffiċjenti mal-ħitan. Ħafna drabi nsibu li l- madum ikun tqiegħed fi żmien meta t-tajn kien ikun b’siment mill-anqas. Illum il-biċċa l-kbira jużaw kolol u grout apposta għat-tqegħid u mili tal-fili.
X’ inhuma l- kaġunijiet ta’ l- umdita’ fil- madum?
F’pubblikazzjoni intitolata “Principles of Modern Buildings” maħruġ mill-Ministeru tat-Teknoloġija u Riċerka fil-Bini Fir-Renju Unit, jingħad li “..A damp-proof membrane is usually required in a solid ground floor to prevent rising dampness from affecting the floor finishes.” Hemm ukoll fl-istess pubblikazzjoni li “……The effects of moisture probably cause more damage to floor finishes than any other agency,……Water may reach a floor finish or its adhesive from the base slab below or from the atmosphere, or the floor may become wet when liquid is split or when the surface is washed.”
Issa, huwa fatt li lokalment il-madum kien jitqiegħed direttament fuq it-torba - prassi komuni speċjalment meta wieħed ried jevita spejjeż li jinvolvu it-tqegħid ta’ subfloors u l-qatran jew membrane. Dan, pero’, bil- konsegwenza li l-materjal umdu, kemm tat-torba kif ukoll dak li ntuża għat-tqegħid ta’ l-istess madum, jittrażmetti l-umdita’ minn taħt l-art lill-madum. Konsegwentement, il-lostru jittappan u mal-inxif tiegħu joħroġ bħal tajjar – li huwa sinjal ta’ “efflorescence” liema tajjar ma jkunx ħlief melħ niexef.
Is-sitwazzjoni tkun aktrar gravi meta l- madum li jitqiegħed direttament fuq torba, bit-tajn magħmul minn ramel u siment, huwa poruż. Il- madum poruż għandu t-tendenza li jassorbi kwalunkwe presenza ta’ likwidu li jista’ jkun preżenti fl-istess torba, kif ukoll l-ilma li jkun hemm mat-taħlita tat-tajn li jintuża għat-tqegħid.
Għalhekk huwa rakkomandat li l-madum jitqiegħed fuq sodda tal-konkos provduta b’xi forma ta’ damp proof course.
Jista’ l- kondensazzjoni jkollha effett fuq il- madum?
L-umdita’ fil-fond tista’, meta l-ambjent intern huwa f’temperatura għola minn dik esterna (normalment fix-xitwa) li tilħaq dik li tissejjaħ “dew point”. B’konsegwenza, l-arja tikkondensa bir-riżultat li tali kondensazzjoni tiġi riflessa fuq wiċċ luċidu bħalma hu l-madum. Mhux eskluż li tali kondensazzjoni tkun ukoll fuq il-ħitan u allura anki fuq il-mobbli li jkun hemm fl-ambjent.
Izda, meta jigri hekk, l-'għaraq’ għandu tendenza li joħroġ staġjonalment u mhux ngħidu aħna fl-ewwel sena wara li l- madum jitqiegħed, minħabba l-istat li l-fond ikun jinsab fih mat-tlestija tal-kostruzzjoni u l-bidu tax-xogħolijiet biex jiġi spiċċat il-fond, fosthom it-tqegħid tal-madum.
X’jista’ jwassal għad-distakk taż-żrar mill- irħam? Kif għandu wieħed jirrimedja?
Iż-żrar tal-irħam jista’ jiġi distakkat minn wiċċ il-madum, ħaġa li komunament tiġri minħabba l-għorik li jkun sar. Konsegwentement, iż-żrara tinkixef b’tali mod li mal-inxif, tiddistakka ruhha u tħalli vojt bil-forma tagħha. Il- vojt għandu jiġi mimli b’siment abjad jew kulurit skond kif ikun il-każ.
F'hiex jikkonsisti l- inkarigu ta’ perit?
Il- Qrati irritinew diversi drabi li n-natura ta’ l-inkarigu ta’ Perit Arkitett huwa mandat oneruz u wiehed jista’ jghid li l-funzjonijiet ta’ perit jitqassmu hekk:
- Il-perit jaghti pariri u suggerimenti;
- Jipprovdi s-servizz intellettwali;
- Jaghmel stima approssimattiva tal-progett;
- Jipprepara skizzijiet u disinji, kif ukoll modifiki ta’ l-istess;
- Jaghmel ix-xoghol necessarju, inkluz sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet ghall-bini biex johorgu l-permessi mill-awtoritajiet kompetenti;
- Jaghmel kalkoli strutturali;
- Fejn rikjest, jipprepara l-hrug tat-tender documents;
- Jissorvelja x-xogholijiet u jaghti struzzjonijiet lill-bennej;
- Kejl interim u finali;
- Certifikazzjoni ta’ kontijiet;
- Hrug ta’ certifikati ta’ hlas;
- Responsabbilta`ghall-istruttura.
Jekk tagħmel ħlas akkont wara bicca xoghol, ikun ifisser li tkun approvajt ix-xogħol?
Le. Il-ħlas tal-prezz ta’ l-appalt jew ħlas akkont ma jfissrux neċessarjament approvazzjoni tax-xogħol jekk dan fil-fatt jirriżulta difettuż.
F’ kaz ta’ appalt, x’ għazliet għandu l- klijent meta d-difetti m’humiex maġġuri?
Jekk id-difetti ma jkunux essenzjali jew sostanzjali, il- klijent (jew l-appaltant) m’għandux dritt jitlob ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt iżda jitlob li dawk id-difetti jiġu riparati jew l-appaltatur jaċċetta riduzzjoni tal-prezz.
F’ kaz ta’ appalt, il- kuntrattur jibqalu d-dritt li jsewwi d-difetti ladarba dawk id-difetti huma sostanzjali?
Meta d-difetti huma ta’ natura sostanzjali l-appaltatur mhux biss għandu jitqies inadempjenti imma wkoll li ma jkollux id-dritt li jippretendi li jirrimedja għad-difetti fl-esekuzzjoni tax-xogħol.
Hemm xi hinijiet jew granet meta ma jistax isir xoghol ta’ thaffir f’sit ta’ kostruzzjoni?
Il- ligi (ezattament l- Avviz Legali 72/13) tghid li ma huwiex permess li jsir użu minn magna għat-tħaffir b’martell idrawliku anness jew drill pnewmatiku, jew qabel it-tmienja ta’ filgħodu, jew bejn is-sagħtejn u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar jew wara it-tmienja ta’filgħaxija u l-ġurnata kollha il-Ħdud u l-festi pubbliċi. Pero, ta’ min isemmi li d-Direttur tal- Building Reguations Office jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu stess, jew iċedi dil-kundizzjoni wara talba bil- miktub mill- manager tas-sit, jew jimponi aktar restrizzjonijiet fuq il-ħin li fih dan it-tagħmir ikun jista’ jintuża, fir-rigward ta’ siti speċifiċi.
Fil- ligi tal- bini, hemm xi haga fejn dak li jkun huwa ezenti milli jissottometti method statement u insurance?
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li ġejjin huma eżenti mis-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni tal-metodu (method statement) u kopja ta’ assigurazzjoni li tkopri terzi persuni (third party insurance):
(a) skavar, inklużi xogħlijiet ta’ trinek, li huma anqas minn 1.5 metri fondi;
(b) alterazzjonijiet strutturali interni u esterni ta’ bini, inkużi tneħħija ta’ ħitan, kostruzzjoni ta’ ħitan jew bdil ta’ soqfa fejn it-total tal-ispiża tax-xogħlijiet ta’ alterazzjoni strutturali ma jeċċediex it-tletin elf ewro (€30,000).
Dan pero’ sakemm id-Direttur tal- Building Reguations Office ma jitlobx mod iehor. Lanqas ma jfisser li f’tali sitwazzjonijiet wiehed ma jibqax responsabbli tal- hsarat li jkun ikkawza lil terzi.