Konvenju jkun suġġett għal serje ta’ kundizzjonijiet bħal ngħidu aħna il-kisba ta’ permessi ta’ l-ippjanar sad-data tal-kuntratt jew il-kisba ta’ self għax-xerrej saż-żmien meta l-kuntratt jista’ jkun eżegwit. In-nuqqas ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet miftiehma tista’ tkun raġuni tajba biex ix-xerrej jagħżel li ma jersaqx għall-pubblikazzjoni tal-kuntratt.
Detto questo, tajjeb jingħad li xerrej għandu dejjem l-għażla li jirrinunzja għal kundizzjoni li tiffavorih u jagħżel li xorta waħda jersaq għall-pubblikazzjoni tal-kuntratt mingħajr ma tkun għadha twettqet dik il-kundizzjoni. Per eżempju, konvenju jista’ jkun suġġett għall-ħruġ ta’ permess ta’ żvilupp, iżda x-xerrej jiddeċiedi li, xorta waħda, huwa jersaq għall-kuntratt.