Pjan Lokali jista’ jinbidel?

View Categories

Pjan Lokali jista’ jinbidel?

18 min read

PREJAMBLU

L-Artikolu 53 tal-Kap 552 jaghti l-fakolta’ li jitħejja  jew  jigi rivedut  jew  irtirat   pjan  jew policy sussidjarju li nsibu ravvizati fl-Artikolu 47 ta’ l-istess Kap 552. Din l-inizjattiva tista’ tkun tal-Kunsill Eżekuttiv jew wara ordni mill-Ministru.

Il-proċedura stabbilita, pjuttost kumplessa,  tinsab artikolata fl-Artikolu 53 tal-imsemmi Kap 552.

Essenzjalment, fl-ewwel lok iridu jinhargu l-oggettivi sabiex jinghata biss hjiel fejn il-Pjan irid imur u l-pubbliku jista’ jikkummenta.


Wara  jigi publikat l-ewwel draft, din id-darba b’dettalji specifici. Dan l-ewwel draft irid jahbat mal-pubbliku kif ukoll mal-Kumitat dwar l-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar (minn issa ‘l quddiem ‘il-Kumitat’).

Jekk ser ikun hemm tibdil mill-ewwel draft, it-tieni draft irid, a differenza ta’ dak li kien jigri fil-Kap 504,  jahbat ukoll mal-pubbliku u l-Kumitat.

Meta finalment il-Ministru jiehu pozizzjoni dwar il-Pjan li jrid jadotta, dan ghandu obligu kull darba li jerga’ jhabbat l-istess mal-Kumitat.


Isegwi li:

  • Il-pubbliku huwa konsultat darbtejn jekk mhux ser ikun hemm it-tieni draft.[1]
  • Il-Kumitat huwa konsultat darbtejn jekk mhux ser ikun hemm it-tieni draft.[2]
  • Il-pubbliku huwa konsultat tlett darbiet jekk ser ikun hemm it-tieni draft.[3]
  • Il-Kumitat huwa konsultat tlett darbiet jekk ser ikun hemm it-tieni draft.[4]

L-EWWEL PASS – PUBLIKAZZJONI TA’ L-OGGETTIVIINVOLVIMENT TAL-PUBBLIKU U KUMITAT PARLAMENTARI

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu ghalhekk johrog oggettivi. Sa issa, id-draft ikun ghadu mhux imhejji.

L-oggettivi qieghdin hemm sabiex jinghata biss hjiel fejn il-Pjan irid imur.

Dawn l-oggettivi jridu jithabbtu mal-pubbliku biex dan ikun jista’ jirrejagixxi – zmien minimu tal-konsultazzjoni pubblika: 3 gimghat.

IT-TIENI PASS – PUBLIKAZZJONI TA’ L-EWWEL DRAFT – INVOLVIMENT TAL-PUBBLIKU U L-KUMITAT DWAR L-AMBJENT, TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR

Il-Kunsill Ezekuttiv ihejji u jippublika l-ewwel draft  wara li jiehu kont tar-rejazzjonijiet ghall-oggettivi.

Il-Kunsill Ezekuttiv irid jippublika wkoll  stqarrija  tal-kummenti  li  jkun  irċieva  wara l-oggettivi.

Il-Kunsill Ezekuttiv irid jistieden lill-pubbliku jikkummenta dwar l-ewwel draft.

Il-pubbliku jista’ jirrejagixxi:  zmien minimu tal-konsultazzjoni pubblika: 6 gimghat.

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu jirreferi  l-ewwel draft  ukoll lill-Kumitat għall-iskrutinju effettiv tiegħu.

 Il-Kumitat għandu jħejji rapport: zmien biex ihejji r-rapport: 6 gimghat.

L-EWWEL XENARJU – F’KAZ LI WARA S-SITT GIMGHAT IL-KUNSILL EZEKUTTIV JIDDECIEDI LI MA JBIDDILX L-EWWEL DRAFT

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu jadotta l-ewwel draft bhala ‘abbozz finali’;

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu jibghat l-abbozz finali ta’ l-ewwel draft lill-Ministru flimkien ma’:

Id-dikjarazzjoni tal-kummenti li jkun irċieva wara l-oggettivi u l-ewwel draft;

It-tweġibiet li jkun għamel għal dawk il-kummenti li  jkun  irċieva;

Ir-rapport tal-Kumitat li jkun ghamel l-istess Kumitat wara l-ewwel draft;

Id-dokumentazzjoni kollha relattiva u l-istudji fir-rigward  tad-draft, issa meqjus finali.

Meta l-Ministru  jaqbel  mal-abbozz  finali:

Huwa għandu japprovah u jirreferieh  lill-Kumitat    skont  l-Iskeda  III  tal-Kap 552[5]  biex  ‘jagħmel skrutinju effettiv tiegħu’.

Il-Kumitat għandu jiddiskuti l-abbozz finali u jaghmel rapport lill-Ministru: zmien biex il-Kumitat jiddiskuti: 30 gurnata.

Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tar-rapport tal-Kumitat.

Il-Ministru jista’  jagħti l-approvazzjoni finali  tiegħu jghid x’jghid il-Kumitat.

Jekk il-Ministru jaghti l-approvazzjoni tieghu, il-Kunsill Eżekuttiv  għandu  wkoll jippubblika verżjoni konsolidata tal-pjan jew policy.

Meta l-Ministru jista’ ma jaqbilx mal-abbozz finali:

Huwa għandu jipprepara stqarrija ta’ pożizzjoni  li  biha  jinforma  lill-Kunsill  Eżekuttiv  bl-emendi proposti minnu għall-abbozz finali.[6]

Il-Kunsill Eżekuttiv għandu minnufih jemenda l-abbozz finali tal-pjan jew policy sussidjarju jew reviżjoni tiegħu skont  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  tal-Ministru  u jippreżentah lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu.

Il-Ministru għandu jirreferi l-abbozz finali kif issa rivedut   lill-Kumitat jekk il-mertu jaqa’ taht Skeda III tal-Kap 552[7] biex jagħmel skrutinju effettiv tiegħu: zmien biex il-Kumitat jiddiskuti u jaghmel rapport u jghaddih lill-Ministru: xahar.

Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tar-rapport tal-Kumitat.

Fejn ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar tibdil, il-Ministru  jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu.

Fejn  ikun  hemm  il-ħtieġa  ta’  aktar  tibdil,  il-Ministru għandu jipprepara stqarrija ta’ pożizzjoni u jinforma lill-Kunsill Eżekuttiv bit-tibdil li jkun meħtieġ u l-Kunsill Eżekuttiv għandu  minnufih  jemenda  l-abbozz  finali  kif  rivedut skont  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  tal-Ministru  u jippreżentah  lill-Ministru  għall-approvazzjoni  finali tiegħu.

Wara tali approvazzjoni tal-Ministru, il-Kunsill Eżekuttiv għandu  jippubblika r-revizjoni kif approvata flimkien mal- kummenti u r-reazzjonijiet.

 Il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  wkoll jippubblika verżjoni konsolidata tal-pjan jew policy.

IT-TIENI XENARJU – F’KAZ LI WARA S-SITT GIMGHAT IL-KUNSILL EZEKUTTIV IRESSAQ TIBDIL GHALL-EWWEL DRAFT U JIPPUBLIKA T-TIENI DRAFT

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu jhejji t-tieni draft bit-tibdiliet u jelenka t-tibdiliet.

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu jirreferi  t-tieni draft bit-tibdiliet lill-Kumitat għall-iskrutinju effettiv tiegħu;

Il-Kunsill Ezekuttiv irid jistieden lill-pubbliku jikkummenta dwar it-tieni draft.

Il-Kumitat għandu jħejji ‘rapport gdid’ fuq it-tieni draft: zmien biex ihejji r-rapport u jirreferi lura lill-Kumitat Ezekuttiv: 6 gimghat.

Il-Kunsill Ezekuttiv ghandu jirreferi  t-tieni draft bit-tibdiliet lill-Ministru (il-Kunsill Ezekuttiv ma jistax jemenda ulterjorment wara t-tieni draft) flimkien ma’:

Id-dikjarazzjonijiet  tal-kummenti  kollha  u  r-reazzjonijiet  li  jkun  għamel  għal  dawk  il-kummenti  li  jkun  irċieva  fil-perjodu  tal-konsultazzjoni  speċifikat  għal  kull  perjodu  ta’ konsultazzjoni;

Ir-rapporti   kollha   ppreparati   mill-Kumitat;

Indikazzjoni  preċiża  tal-emendi  kollha  li  saru għall-pjan jew il-policy;

Id-dokumentazzjoni kollha relattiva u l-istudji fir-rigward  tal-preparazzjoni  tal-pjan  jew policy sussidjarju.

Meta  l-Ministru  jaqbel  mal-abbozz  finali (f’dal-kaz, it-tieni draft):

Huwa għandu japprovah u jirreferieh  lill-Kumitat    skont  l-Iskeda  III  tal-Kap 552[8]  biex  ‘jagħmel skrutinju effettiv tiegħu’.

Il-Kumitat għandu jiddiskuti l-abbozz finali u jaghmel rapport lill-Ministru: zmien biex il-Kumitat jiddiskuti: 30 gurnata.

Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tar-rapport tal-Kumitat.

Il-Ministru jista’  jagħti l-approvazzjoni finali  tiegħu jghid x’jghid il-Kumitat.

Jekk il-Ministru jaghti l-approvazzjoni tieghu, il-Kunsill Eżekuttiv  għandu  wkoll jippubblika verżjoni konsolidata tal-pjan jew policy.

Meta il-Ministru  ma jaqbilx mal-abbozz finali:

Huwa għandu jipprepara stqarrija ta’ pożizzjoni  li  biha  jinforma  lill-Kunsill  Eżekuttiv  bl-emendi proposti minnu għall-abbozz finali.[9]

Il-Kunsill Eżekuttiv għandu minnufih jemenda l-abbozz finali tal-pjan jew policy sussidjarju jew reviżjoni tiegħu skont  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  tal-Ministru  u jippreżentah lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu.

Il-Ministru għandu jirreferi l-abbozz finali kif issa rivedut  lill-Kumitat jekk il-mertu jaqa’ taht l-Iskeda III tal-Kap 552[10] biex jagħmel skrutinju effettiv tiegħu: zmien biex il-Kumitat jiddiskuti u jaghmel rapport u jghaddih lill-Ministru: xahar.

Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tar-rapport tal-Kumitat.

Fejn ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar tibdil, il-ministru  jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu.

Fejn  ikun  hemm  il-ħtieġa  ta’  aktar  tibdil,  il-Ministru għandu jipprepara stqarrija ta’ pożizzjoni u jinforma lill-Kunsill Eżekuttiv bit-tibdil li jkun meħtieġ u l-Kunsill Eżekuttiv għandu  minnufih  jemenda  l-abbozz  finali  kif  rivedut skont  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  tal-Ministru  u jippreżentah  lill-Ministru  għall-approvazzjoni finali tiegħu.

Wara tali approvazzjoni tal-Ministru, il-Kunsill Eżekuttiv għandu  jippubblika r-revizjoni kif approvata flimkien mal- kummenti u r-reazzjonijiet.

Il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  wkoll jippubblika verżjoni konsolidata tal-pjan jew policy.

APPENDIX

ARTIKOLU 53 TAL-KAP 552

53.(1) Fit-tħejjija  jew  fir-reviżjoni  jew  fl-irtirar  ta’  pjan  jew policy sussidjarju, kemm jekk il-pjan jew policy tkun ġiet imħejjija, riveduta jew irtirata fuq inizjattiva tal-Kunsill Eżekuttiv stess jew wara ordni mill-Ministru, il-proċedura stabbilita f’dan l-artikolu għandha tiġi segwita għar-rigward tal-pjan jew policy.

(2)  Fit-tħejjija jew fir-reviżjoni tal-pjan jew policy sussidjarju, il-Kunsill Eżekuttiv għandu josserva l-proċedura li ġejja:

(a) qabel it-tħejjija tal-abbozz tal-pjan jew policy sussidjarju, jew reviżjoni tiegħu, il-Kunsill Eżekuttiv għandu jagħti opportunità xierqa lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet biex jagħmlu l-kummenti tagħhom lill-Kunsill Eżekuttiv għall-perjodu li ma jkunx inqas minn tliet (3) ġimgħat;

(b) meta  l-abbozz  tal-policy  jew  pjan  sussidjarju  jew reviżjoni tiegħu jitlestew, il-Kunsill Eżekuttiv għandu:

(i) jippubblika l-abbozz tal-policy jew pjan sussidjarju jew  reviżjoni  tiegħu  flimkien  ma’  stqarrija  tal-kummenti  li  jkun  irċieva  matul  l-eżerċizzju preċedenti  tal-konsultazzjoni  pubblika  u  r-reazzjoni  tiegħu  għal  dawk  il-kummenti  li  jkun irċieva fil-perjodu tal-konsultazzjoni speċifikat fil-paragrafu (a);

(ii) jistieden li jsirulu kummenti dwar l-abbozz tal-pjan jew policy  sussidjarju  jew  revizjoni  tiegħu,  fi żmien speċifikat ta’ mhux anqas minn sitt ġimgħat;

(iii) jirreferi  l-abbozz  tal-policy  jew  pjan  sussidjarju jew reviżjoni tiegħu lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent,  it-Tibdil  fil-Klima  u  l-Ippjanar  tal-Iżvilupp  stabbilit  bl-artikolu  60  għall-iskrutinju effettiv tiegħu, liema Kumitat għandu jħejji rapport fil-perjodu  ta’  konsultazzjoni  speċifikat  fis-subparagrafu (ii) u jirreferih lill-Kunsill Eżekuttiv;

(ċ) jekk  il-Kunsill  Eżekuttiv  ma  jagħmel  ebda  tibdil  fl-abbozz, huwa għandu jadottah u jirreferih lill-Ministru bħala l-abbozz finali. Għandu wkoll jibgħat lill-Ministru:

(i) id-dikjarazzjoni tal-kummenti li jkun irċieva matul iż-żewġ eżerċizzji preċedenti tal-konsultazzjoni;

(ii) it-tweġibiet li jkun għamel għal dawk il-kummenti li  jkun  irċieva  fil-perjodi  tal-konsultazzjoni speċifikati fil-paragrafi (a) u (b)(ii);

(iii) ir-rapport tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp; u

(iv) id-dokumentazzjoni kollha relattiva u l-istudji fir-rigward  tal-preparazzjoni  tal-pjan  jew policy sussidjarju;

(d) il-paragrafi  (g),  (h),  (i)  u  (j)  imbagħad  għandhom japplikaw;

(e) jekk il-Kunsill Eżekuttiv jagħmel tibdiliet f’dan l-abbozz wara l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu (b)(ii), il-Kunsill Eżekuttiv għandu jadotta l-abbozz rivedut u jippubblika l-emendi. Għandu mbagħad jistieden  li  jsirulu  kummenti  dwar  l-emendi  fi  żmien speċifikat ta’ mhux inqas minn sitt ġimgħat u jirreferi l-emendi  lill-Kumitat  Permanenti  dwar  l-Ambjent,  it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għall-iskrutinju effettiv tiegħu, liema Kumitat għandu jipprepara rapport ġdid jekk meħtieġ u jirreferih lill-Kunsill Eżekuttiv;

(f)  il-Kunsill Eżekuttiv għandu jirreferi l-abbozz finali tal-pjan  jew policy  sussidjarju  kif  adottati  minnu  lill-Ministru  għall-approvazzjoni  tiegħu  mingħajr  emendi oħra flimkien ma’:

(i) id-dikjarazzjonijiet  tal-kummenti  kollha  u  r-reazzjonijiet  li  jkun  għamel  għal  dawk  il-kummenti  li  jkun  irċieva  fil-perjodu  tal-konsultazzjoni  speċifikat  għal  kull  perjodu  ta’ konsultazzjoni;

(ii) ir-rapporti   kollha   ppreparati   mill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp;

(iii) indikazzjoni  preċiża  tal-emendi  kollha  li  saru għall-pjan jew il-policy; u

(iv) id-dokumentazzjoni kollha relattiva u l-istudji fir-rigward  tal-preparazzjoni  tal-pjan  jew policy sussidjarju;

(g) meta  l-Ministru  jaqbel  mal-abbozz  finali  tal-pjan  jew policy sussidjarju jew reviżjoni tagħhom, huwa għandu japprovah  kif  ippreżentat  mill-Kunsill  Eżekuttiv  u għandu  jirreferih  lill-Kumitat  Permanenti  dwar  l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp fejn japplika  skont  l-Iskeda  III  ta’  dan  l-Att  biex  jagħmel skrutinju effettiv tiegħu. Il-Kumitat għandu jiddiskuti l-pjan  jew policy  sussidjarju  jew  reviżjoni  tagħhom  fi żmien xahar u jagħmel rapport lill-Kamra sa mhux aktar tard  minn  xahar  minn  meta  jkun  iddiskuta  l-pjan  jew policy sussidjarju. Il-Kumitat għandu jgħaddi kopja tar-rapport lill-Ministru. Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tar-rapport u fejn ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar tibdil jagħti l-approvazzjoni finali  tiegħu.  Il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  wkoll jippubblika verżjoni konsolidata tal-pjan jew policy;

(h) meta l-Ministru ma jaqbilx mal-abbozz finali tal-pjan jew policy sussidjarju jew reviżjoni tagħhom kif adottat mill-Kunsill Eżekuttiv huwa għandu jipprepara stqarrija ta’ pożizzjoni  li  biha  jinforma  lill-Kunsill  Eżekuttiv  bl-emendi proposti mill-Ministru għall-abbozz finali. Fejn f’dik l-istqarrija ta’ pożizzjoni jkun propost illi xi art tiġi eskluża  mill-konfini  tal-iżvilupp  kif  indikati  fi  pjan lokali,  il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  jippubblika  fil-Gazzetta u f’żewġ gazzetti lokali ta’ kuljum avviż li juri l-art li tkun se tiġi eskluża;

(i)  il-Kunsill Eżekuttiv għandu minnufih jemenda l-abbozz finali tal-pjan jew policy sussidjarju jew reviżjoni tiegħu skont  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  tal-Ministru  u jippreżentah lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu. Il-Ministru għandu jirreferi l-abbozz finali kif rivedut tal-pjan jew policy sussidjarju jew reviżjoni tagħhom lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp fejn japplika skont l-Iskeda III ta’ dan l-Att biex jagħmel skrutinju effettiv tiegħu. Il-Kumitat għandu jiddiskuti l-pjan jew policy sussidjarju jew reviżjoni tagħhom fi żmien xahar u jagħmel rapport lill-Kamra sa mhux aktar tard minn xahar minn meta jkun iddiskuta l-pjan jew policy sussidjarju. Il-Kumitat għandu jgħaddi kopja tar-rapport lill-Ministru. Il-Ministru għandu jieħu konjizzjoni tar-rapport u fejn ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar tibdil jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu. Fejn  ikun  hemm  il-ħtieġa  ta’  aktar  tibdil,  għandu jipprepara stqarrija ta’ pożizzjoni u jinforma lill-Kunsill Eżekuttiv bit-tibdil li jkun meħtieġ u l-Kunsill Eżekuttiv għandu  minnufih  jemenda  l-abbozz  finali  kif  rivedut skont  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  tal-Ministru  u jippreżentah  lill-Ministru  għall-approvazzjoni  finali tiegħu;

(j)  wara tali approvazzjoni tal-Ministru, il-Kunsill Eżekuttiv għandu  jippubblika  l-pjan  jew policy  sussidjarju  jew reviżjoni tiegħu kif approvati flimkien mal-kummenti u r-reazzjonijiet.  Il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  ukoll jippubblika verżjoni konsolidata tal-pjan jew policy;

(3)  Fl-irtirar ta’ pjan jew policy sussidjarju, il-Kunsill Eżekuttiv għandu jkun konformi mal-proċedura li ġejja:

(a) qabel it-tħejjija ta’ avviż ta’ rtirar ta’ pjan jew policy sussidjarju,   il-Kunsill   Eżekuttiv   għandu   jagħti opportunitajiet   xierqa   lill-individwi   u   lill-organizzazzjonijiet  biex  jagħmlu  l-kummenti  tagħhom lill-Kunsill  Eżekuttiv  għal  perjodu  li  ma  jkunx  inqas minn sitt ġimgħat;

(b) jikkonsulta mal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil  fil-Klima  u  l-Ippjanar  tal-Iżvilupp  stabbilit  bl-artikolu 60, dwar l-intenzjoni li jitħejja avviż ta’ rtirar ta’pjan jew policy sussidjarju, liema Kumitat għandu jħejji stqarrija  ta’  pożizzjoni  fil-perjodu  ta’  konsultazzjoni speċifikat fil-paragrafu (a);

(ċ) wara  li  jiskadi  t-terminu  tal-proċess  ta’  konsultazzjoni pubblika msemmija fil-paragrafu (a), il-Kunsill Eżekuttiv għandu  jħejji  stqarrija  ta’  pożizzjoni  li  tikkonferma  l-irtirar  tal-pjan  jew policy  sussidjarju,  jew  xort’oħra,  u jirreferiha  lill-Ministru.  Għandu  wkoll  jibgħat  lill-Ministru:

(i) id-dikjarazzjoni tal-kummenti li jkun irċieva matul l-eżerċizzju preċedenti ta’ konsultazzjoni;

(ii) ir-reazzjonijiet  li  jkun  għamel  għal  dawk  il-kummenti  li  jkun  irċieva  fil-perjodu  tal-konsultazzjoni speċifikat fil-paragrafu (a);

(iii) ir-rapport tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp;

(d) wara  li  jirċievi  l-istqarrija  ta’  pożizzjoni  u  dokumenti mill-Kunsill  Eżekuttiv,  il-Ministru  għandu  jirreferihom lill-Kumitat  Permanenti  dwar  l-Ambjent,  it-Tibdil  fil-Klima  u  l-Ippjanar  tal-Iżvilupp  fejn  japplika  skont  l-Iskeda III ta’ dan l-Att biex jagħmel skrutinju effettiv tiegħu. Il-Kumitat għandu jiddiskutihom fi żmien xahar u jagħmel  rapport  lill-Kamra  sa  mhux  aktar  tard  minn xahar minn meta jkun iddiskutihom. Il-Kumitat għandu jgħaddi kopja tar-rapport lill-Ministru. Il-Ministru  għandu  jieħu  konjizzjoni  tar-rapport  u jinforma  lill-Kunsill  Eżekuttiv  bid-deċiżjoni  finali flimkien mar-raġunijiet li wasslu għal dik id-deċiżjoni ul-Kunsill Eżekuttiv għandu minnufih jippubblika avviż ta’ rtirar skont id-deċiżjoni finali tal-Ministru flimkien mal-kummenti u r-reazzjonijiet.

(4)  Il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  jsegwi  kull  pjan  jew policy sussidjarju u jirrevedi tali pjan jew policy f’parti jew kollu, daqs kemm ikun meħtieġ. Il-proċedura f’dan l-artikolu għandha tapplika għal tali reviżjonijiet.’

IT-TIELET SKEDA TAL-KAP 552

‘Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp

Il-pjanijiet u l-policies li jkunu mressqa quddiem il-Kumitat Permanenti skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 60 huma:

(a) dawk il-pjanijiet u policies li jirreferu għall-art li tinsab barra minn żona ta’ żvilupp kif definit fl-Istrateġija Spazjali jew fi pjanijiet oħra;

(b) dawk  il-pjanijiet  u policies  li  jirregolaw  esklussivament  il-limitazzjonijiet tal-għoli u r-restrizzjonijiet fuqhom;

(ċ) pjanijiet lokali, minbarra emendi minuri ta’ dawn l-istess pjanijiet;

(d)policies  li  għandhom  x’jaqsmu  ma’  u  li  jirregolaw  ċertifikati  ta’ konformità.’


[1] Wara l-objectives u wara  l-ewwel draft

[2] Wara l-ewwel draft u wara l-pozizzjoni tal-Minsitru ghall-ewwel draft

[3] Wara l-objectives,  wara l-ewwel draft u wara t-tieni draft

[4] Wara l-ewwel draft, wara t-tieni draft u wara  l-pozizzjoni tal-Minsitru ghat-tieni draft

[5] IT-TIELET SKEDA: Il-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp

Il-pjanijiet u l-policies li jkunu mressqa quddiem il-Kumitat Permanenti skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 60 huma:

(a) dawk il-pjanijiet u policies li jirreferu għall-art li tinsab barra minn żona ta’ żvilupp kif definit fl-Istrateġija Spazjali jew fi pjanijiet oħra;

(b) dawk  il-pjanijiet  u policies  li  jirregolaw  esklussivament  il-limitazzjonijiet tal-għoli u r-restrizzjonijiet fuqhom;

(ċ) pjanijiet lokali, minbarra emendi minuri ta’ dawn l-istess pjanijiet;

(d)policies  li  għandhom  x’jaqsmu  ma’  u  li  jirregolaw  ċertifikati  ta’ konformità.’

[6] Fejn f’dik l-istqarrija ta’ pożizzjoni jkun propost illi xi art tiġi eskluża  mill-konfini  tal-iżvilupp  kif  indikati  fi  pjan lokali,  il-Kunsill  Eżekuttiv  għandu  jippubblika  fil-Gazzetta u f’żewġ gazzetti lokali ta’ kuljum avviż li juri l-art li tkun se tiġi eskluża

[7] Ara footnote 2

[8] Ara footnote 6

[9] Ara footnote 7

[10] Ara footnote 6