Huwa dejjem importanti li jkun stabbilit min ikun tabilħaqq qiegħed jikkontratta.
Normalment, huwa preżunt li bniedem jikkontratta għalih innifsu, sakemm dan ma jindikax li qiegħed jikkontratta f’isem ħaddieħor, jew jekk dan ma jindikaħx espressament, il-kontraent l-ieħor ikun raġonevolment jaf li jkun qiegħed jikkontratta f’isem ħaddieħor. Fejn hemm dubju, għalhekk, wieħed għandu jippreżumi illi l-persuna li qed tikkontratta kienet qed tagħmel hekk f’isimha proprju.[1] Detto dan, il-piż tal-prova li min jikkontratta ikun għamel hekk f’isem ħaddieħor tinkombi fuq min jagħmel dik l-allegazzjoni.
[1] Ara sentenza fl-ismijiet Lawrence Formosa et noe vs Silvio Felice deċiża mill-Qorti ta’ l-Appell nhar is-6 ta’ Ottubru 1999