Lil min effettivament jipproteġi l-Kap 199?

View Categories

Lil min effettivament jipproteġi l-Kap 199?

< 1 min read

Din il-liġi tipproteġi lill-bidwi inkwilin matul ħajtu iżda mhux biss. In realta, din il-liġi tipproteġi anke lill-‘membru tal-familja’ tal-kerrej billi ttih id- dritt jibqa’ jokkupa dik l-art wara mewtu. B’ ‘membru tal-familja’, hawnhekk qed nifhmu ‘axxendent lineari, dixxendent lineari, armla jew armel, raġel tat-tifla, u l-armla tat-tifel sakemm ma terġax tiżżewweġ’.

Detto cio’, ‘membru tal-familja’ li jaqa’ taħt din l-imsemmija definizzjoni irid in oltre jissodisfa il-kwalifiċi li ġejjin sabiex huwa jkun jista’ jitqies li hu “kerrej” wara l-mewt tal-inkwilin oriġinali, ossija:

meta ma jkun hemm ebda membru bħal dak, tinkludi f’ordni ta’ preferenza kull membru:

(a) li jkun ċessjonarju tal-kirja jew meta ma jkun hemm ebda membru bħal dak, tinkludi f’ordni ta’ preferenza kull membru:

(b) li jkun legatarju tal-kirja;

(c) li matul l-aħħar sena minnufih qabel il-mewt tal-kerrej kien jgħix mal-kerrej;

(d) li kien jaħdem ir-raba’ miegħu jew għalih;

(e) Ii jkun il-werriet tal-kerrej.