Kif tiġi deskritta art immobbli f’kuntratt?

View Categories

Kif tiġi deskritta art immobbli f’kuntratt?

1 min read

Ladarba qed nitkellmu dwar kuntratti ta’ immobbli, l-oġġett jista’ jkun bini jew art. 

F’każ ta’ bini, ħafna drabi tkun faċli li ssir deskrizzjoni tiegħu flimkien mal-indirizz li għandu jinkludi n-numru u l-isem tat-triq.

Fejn l-oġġett immobbli ta’ kuntratt, imbagħad, ma jkunx bini u ma jkollux la numru u lanqas jagħti fuq triq b’isem, bħal  għalqa maqbuda bejn għelieqi oħrajn, l-att nutarili jrid isemmi l-kejl u minn tal-anqas tliet irjieħat tal-art li tkun. Infatti, f’każijiet bħal dawn, il-liġi titlob li jkun hemm pjanta dettaljata tal-proprjetà flimkien ma’ survey sheet uffiċjali li turi l-qagħda tal-imsemmija proprjetà b’mod li tkun stabbilita l-identità tagħha. Detto cio, il-liġi ma tgħidx liema minn dawn l-elementi jġorr saħħa aqwa jew liema minnhom tirbaħ f’każ li xi wieħed minnhom ma jkunx jaqbel mal-oħrajn għalkemm fis-sentenza ta’ Albert Mizzi f’isem is-soċjeta’ Central Mediterranean Development Corporation Limited (C – 453) vs Alfred u Maria Theresa miżżewġin Bartolo[1], il-Qorti ppreferiet toqgħod fuq il-kejl li jissemma fil-kuntratt u mhux il-pjanta mehmuża mal-att ta’ konċessjoni enfitewtika  li ma kien fiha l-ebda ndikazzjoni tal-kejl.


[1] Ara sentenza fl-ismijiet Albert Mizzi f’isem is-soċjeta’ Central Mediterranean Development Corporation Limited (C – 453) vs Alfred u Maria Theresa miżżewġin Bartolo deċiża mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili nhar il-31 ta’ Ottubru, 2017 (Rik. Nru. 1071/05JRM)