Kif għandhom jiġu nterpretati id-disposti legali li jirregolaw id-distanzi li jridu jinżammu bejn siġar/pjanti u ħitan diviżorji?

Kif għandhom jiġu nterpretati id-disposti legali li jirregolaw id-distanzi li jridu jinżammu bejn siġar/pjanti u ħitan diviżorji?

L-Artikolu 437 tal- Kap 16 jgħid:

‘(1)    Ħadd ma jista’ jħawwel fil-fond tiegħu siġar ta’ zokk għoli f’bogħod ta’ anqas minn żewġ metri u erbgħin ċentimetru, jew siġar oħra f’bogħod ta’ anqas minn metru u għoxrin ċentimetru, mil-linja li taqsam il-fond tiegħu mill-fond tal-ġar.

(2) Id-dwieli, ix-xtieli, is-sisien tal-ħaxix, u kull siġra oħra li tinżamm baxxa sa għoli ta’ mhux iżjed minn żewġ metri u għaxar ċentimetri, jistgħu jitħawlu f’bogħod ta’ mhux anqas minn ħamsa u erbgħin ċentimetru mil-linja hawn fuq imsemmija.

(3) Il-ġar jista’, sakemm ma jkunx għadda ż-żmien meħtieġ għall-preskrizzjoni, jitlob li s-siġar imħawwlin f’bogħod anqas, jew li, għalkemm ikun tħalla dak il-bogħod, ikunu jgħamlulu ħsara, jiġu maqlugħa bi spejjeż tas-sid.

(4) Iżda, il-qorti tista’ tagħti lil sid dawk is-siġar il-għażla jew li jaqlagħhom, jew li jagħmel, bi spejjeż tiegħu, fossijiet jew xogħlijiet oħra meħtieġa biex ma tkun tista’ ssir ebda ħsara fil-fond tal-ġar.

(5) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jgħoddux meta l-fondi li jmissu ma’ xulxin huma mifruda b’ħajt, basta li s-siġar, ix-xtieli jew il-pjanti hawn fuq imsemmija jinżammu b’mod li ma jaqbżux il-għoli tal-ħajt.’

L-Artikolu 438 tal-Kap 16 jgħid:

‘(1) Dak li fuq il-fond tiegħu jixxabbtu friegħi tas-siġar tal-ġar, jista’ jġiegħel lill-ġar jaqtagħhom, u jista’ jieħu l-frott li jiddendel minnhom.

(2) Barra minn dan, jekk l-egħruq jibqgħu deħlin fil-fond tiegħu, jista’ jaqtagħhom huwa stess’.

L-Artikolu 437(5) tal- Kap 16 tabilħaqq jippermetti lil dak li jkun iħawwel  siġar fejn irid purche s-siġar, xtieli u, jew il- pjanti jinżammu f’għoli li ma jaqbżux l-għoli tal-ħajt divizorju. Altrimenti, pero, is-segwenti regoli jridu jinżammu:

•    Ħadd ma jista’ jħawwel fil-fond tiegħu siġar ta’ zokk għoli f’bogħod ta’ anqas minn żewġ metri u erbgħin ċentimetru, jew siġar oħra f’bogħod ta’ anqas minn metru u għoxrin ċentimetru, mil-linja li taqsam il-fond tiegħu mill-fond tal-ġar.

•    Id-dwieli, ix-xtieli, is-sisien tal-ħaxix, u kull siġra oħra li tinżamm baxxa sa għoli ta’ mhux iżjed minn żewġ metri u għaxar ċentimetri, jistgħu jitħawlu f’bogħod ta’ mhux anqas minn ħamsa u erbgħin ċentimetru mil-linja hawn fuq imsemmija.

•    Il-ġar  jista’,  sakemm  ma  jkunx  għadda  ż-żmien  meħtieġ għall-preskrizzjoni, jitlob li s-siġar imħawwlin f’bogħod anqas, jew li, għalkemm ikun tħalla dak il-bogħod, ikunu jgħamlulu ħsara, jiġu bi spejjeż tas-sid.

•    Iżda il-qorti tista’ tagħti lil sid dawk is-siġar il-għażla jew li jaqlagħhom, jew li jagħmel, bi spejjeż tiegħu, fossijiet jew xogħlijiet oħra meħtieġa biex ma tkun tista’ ssir ebda ħsara fil-fond tal-ġar.

•    Jekk is-siġar jisporġu għal proprjeta’ tal-ġar, il-ġar jista’ jitlob li dawn jinżabru.