Kemm huwa possibli li sid jirkupra r-raba’ mqabbla jekk il-qbiela ma titħallasx?

Kemm huwa possibli li sid jirkupra r-raba’ mqabbla jekk il-qbiela ma titħallasx?

L-Artikolu 4 (2)(e) tal-Kap 199 jistipula li s-sid ikun intitolat jirriprendi l-pussess tar-raba’ tiegħu jekk jipprova illi:

‘matul  is-sentejn  minnufih  qabel  id-data  tat-terminazzjoni, il-kerrej ikun naqas, relattivament għal żewġ  perijodi  jew  iżjed,  li  jħallas  il-kera,  f’kull okkażjoni, fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-ġurnata li fiha sid il-kera jkun talbu bil-miktub biex iħallas

Kwindi dan l-artikolu jipprovdi illi talba għar-ripreża tal-art da parte ta’ sid tintlaqa jekk matul is-sentejn minnufih qabel id-data tat-terminazzjoni, il-kerrej ikun naqas, relattivament għal żewġ perijodi jew iżjed, li jħallas il-kera, f’kull okkażjoni, fi żmien ħmistax-il ġurnata mill-ġurnata li fiha sid il-kera jkun talbu bil-miktub biex iħallas.

Jirriżulta pero illi biex l- inkwilin jiġi kkunsidrat moruż jeħtieġ li huwa jkun baqa’ ‘moruż’ fil-ħlas ta’ żewġ rati ta’ kera, u illi għal kull rata li huwa jkun ġie nterpellat għall-hlas u ħalla jgħaddu 15 il- ġurnata mill-interpellazzjoni mingħajr ma ħallas. Lanqas  m’hu biżżejjed li ssir interpellazzjoni waħda għaż-żewġ rati, jew anki aktar.

Qed ngħid li  l-liġi trid li jkun hemm żewġ intimi ta’ ħlas ta’ kera għal skadenzi differenti, b’mod li l-interprellazzjonijiet ikunu jassiguraw illi s-sid, għal darbtejn fuq xulxin, anke jekk mhux  neċessarjament konsekuttivi, ikun talab il-ħlas ta’ kera dovut mingħand l-inkwilin li jibqa’ inadempjenti għal żmien  ħmistax mid-data ta’ l-intima  (ara sentenza fl-ismijiet Gasan Properties Limited -vs- Avukat Dottor Joseph P. Bonello nomine, deċiża mill-Qorti tal-Appell fl-10 ta’ Jannar 2000).