Persuna li se takkwista proprjeta` m’għandhiex tikkuntenta ruħha billi tara biss in-nota tal-insinwa li l-iskop tagħha hu biex tagħti avviż lit-terzi dwar il-fatt li jkun sar att ta’ trasferiment tal-proprjeta` milquta bl-att reġistrat – il-kundizzjonijiet li jirregolaw dak it-trasferiment jew ħolqien ta’ dritt reali, u li jirriżultaw minn dak l-att, iridu, imbagħad, jiġu meħuda u eżaminati mill-att innifsu.